Il-Ministru George Vella jtemm iz-zjara tieghu fic-Cina
Il-Vici Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent, it-Tabib George Vella il-bierah temm iz-zjara tieghu ta' erbat ijiem fic-Cina.
Bejn nhar it-Tlieta u l-bierah, it-Tabib Vella zar il-bliet ta' Xian u dik ta' Shanghai, bhala l-mistieden ta' l-Awtoritajiet gholja ta' dawn il-bliet.
Il-Ministru Vella u d-delegazzjoni tieghu ttiehdu jaraw il-Muzew ta' l-Istorja ta' Shaanxi u l-Muzew tat-Terracotta Warriors and Horses. Filghaxija, qabel pranzu moghti f'giehu, il-Vici Prim Ministru kellu diskussjonijiet maz-zewg Vici-Gvernaturi u ma' mexxejja gholja tal-Gvern Provincjali ta' Shaanxi.
Intwera hafna interess fit-twaqqif ta' relazzjonijiet bilaterali, kemm fuq bazi ta' skambji kulturali, kif ukoll fuq dawk kummercjali. Hemm probabbiltĂ li delegazzjoni minn din il-provincja tigi Malta biex tara hi stess il-facilitajiet li joffri l-pajjiz.
It-Tabib Vella, li matul dawn il-jumejn kien anki akkumpanjat minn ufficjali tad-Dipartiment ta' l-Affarijiet Barranin minn Beijing, illum gie milqugh u mdawwar mal-belt ta' Shangai minn ufficjali ta' l-Ufficcju ta' l-Affarijiet Barranin tal-Municipalita' ta' Shangai. Hu ttiehed izur it-TV Tower, il-Muzew, u l-ufficini ta' l-Amministrazzjoni ta' l-area gdida ta' Pudong, fejn qieghed isir zvilupp b'rata mghaggla.
Filghaxija l-Ministru Vella kien Mistieden ta' l-Unur ghal ikla moghtija mill-Vici Sindku ta' Shanghai, Mr. Zhao Qizheng. Waqt l-laqgha li kellhom qabel l-ikla, gew diskussi l-possibilitajiet ta' investiment f'Malta minn investituri li qieghdin f'Shanghai, kif ukoll kif dawn jistghu jaghmlu uzu mill-facilitajiet li joffri l-pajjiz.
Dalghodu l-Ministru Vella u d-delegazzjoni tieghu telqu ghal zjara ta' jumejn fil-Gappun, fejn mistennija jinzammu laqghat mal-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin Gappuniz, qabel it-Tabib Vella jirritorna Malta, kmieni l-Hadd filghodu.
Other Press Releases:
PR261912
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Enerġija affordabbli ma teżisti...
PR261911