Left arrow Go Back

Il-Ministru Alfred Portelli onorat mill-Kunsill Civiku ta' Haz-Zabbar

pr1680
Date Icon 02/09/1997

Il-Ministru ghad-Djar, is-Sur Alfred Portelli, il-bierah inghata rikonoxximent mill-Kunsill Civiku ta' Haz Zabbar ghall-hidma fejjieda li wettaq tul hajtu. Huwa kien wiehed minn tlieta li nghataw din l-onoreficenza. It-tnejn l-ohra kienu l-Ispecjalista Mr. Arthur Felice u Suor Maria Immaculata Bellizzi, ta' l-Ordni tal-Klarissi. Huma inghataw plakka u certifikat bhala tifkira ta' dan l-gieh.

L-ghoti ta' dawn l-onoreficenzi sar waqt lejla kulturali organizzata mill-Kunsill Civiku fl-okkazjoni ta' gheluq il-200 sena mill-ghoti tat-titlu ta' Belt Hompesch lil Haz Zabbar. Din l-attivita', li saret f'Misrah il-Medjatrici, kienet ippresjeduta mill-Ministru s-sur Portelli u s-Sinjura tieghu.

F'diskors qasir li ghamel il-Ministru appella ghall-harsien tal-valuri ta' l-onesta' u l-bzulija, valuri li kienu jikkaratterizzaw liz-Zabbarin ta' zmien il-Gran Mastru Ferdinand von Hompesch. Huwa qal li huwa dmir tac-cittadini Zabbarini li jharsu lir-rahal taghhom, jibzghu ghalih u jzommuh sabih kif inhu. Il-Ministru mbaghad habbar li qieghed isir studju biex, waqt li n-nies ikollhom l-abitazzjoni taghhom aktar komda, jibqghu jigu imharsa l-inhawi residenzjali qodma ta' Haz Zabbar.

Waqt din il-lejla kulturali l-Ministru qassam premjijiet lir-rebbieha ta' kompetizzjonijiet ta' essays u tpingija. Attrazzjoni specjali f'din l-attivita' kien l-ghannej maghruf Zejtuni Frans Baldacchino, il-Budaj, li ghanna l-Ballata tal-Gran Mastru Hompesch miktuba ghall-okkazjoni minn Dr. Karmenu Mallia, li huwa s-Segretarju tal-Kunsill Civiku.

Is-Sur Karmenu Bonavia, storiku maghruf Zabbari, ghamel id-diskors ta' l-okkazjoni li fih wara li fisser l-isfond storiku ta' l-epoka tal-Gran Mastru Hompesch semma dak li hu sejjah dnubiet kontra l-ambjent, li twettqu f'Haz Zabbar fis-snin li ghaddew u li tellfu mill-gmiel ta' din il-Helwa Belt, kif sejhilha Hompesch innifsu.

Prezenti ghal din l-attivita' kien hemm is-Segretarju Parlamentari ghad-Drittijiet tan-Nisa, is-Sinjura Helena Dalli, l-Attache' Kulturali fl-Ambaxxata Germaniza f'Malta, Ms Petra Stumpel u s-Sindku ta' Haz Zabbar, is-Sur Felic Zarb.>

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Enerġija affordabbli ma teżisti imkien ħlief f’Malta u l-garanzija tagħna tibqa’ prezzijiet tal-enerġija stabbli” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261912

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Enerġija affordabbli ma teżisti...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI

PR261911

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

More Press Releases Right arrow