Left arrow Go Back

Il-Vici Prim Ministru George Vella f'laqghat ma' l-ghola awtoritajiet Cinizi

pr1674
Date Icon 02/09/1997

Id-delegazzjoni li qieghed imexxi l-Vici Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent, it-Tabib George Vella, waslet ic-Cina, fejn il-Hadd, minbarra li ttiehdet tara postijiet ta' interess turistiku, bhall-Great Wall u l-Gubong Palace Museum, kienet mistiedna ghall-ikel mill-Vici Ministru ta' l-Affarijiet Barranin, Wang Yingfan.

Matul il-gurnata tal-bierah il-Ministru Vella kellu laqghat ma' l-ghola awtoritajiet Cinizi.

F'laqgha li kellu mal-Prim Ministru Li Peng, it-Tabib Vella ddiskuta r-relazzjonijiet bejn iz-zewg pajjizi u punti li tqajjmu fid-diskussjonijiet li l-Ministru kellu ma' Ministri Cinizi ohra.

Filghodu, il-Ministru Vella kellu laqgha mal-Vici Prim Ministru Ciniz, Li Lanqing. F'din il-laqgha gew esplorati l-potenzjali li ghandha Malta, u li tista' toffri bhala partner ghac-Cina fil-Mediterran. Dawn jinkludu l-Freeport, is-servizzi finanzjarji u l-possibilita' ta' joint ventures fil-manifattura u t-turizmu, minbarra aktar kooperazzjoni fil-qasam marittimu u r-registrazzjoni tal-vapuri.

Wara nofsinhar, it-Tabib Vella kellu laqgha fit-tul mal-Vici Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin Ciniz, Qian Qichen.

Matul din il-laqgha gew trattati numru kbir ta' suggetti minbarra li gew riveduti s-suggetti li kienu gew diskussi mal-Ministri l-ohra. Saret ukoll diskussjoni bejn iz-zewg nahat fuq is-sitwazzjoni politika fl-Ewropa, il-Mediterran u l-Pajjizi ta' l-Afrika ta' fuq, kif ukoll fir-regjun Asjatiku Pacifiku. Suggetti ohra li gew diskussi kienu s-sigurtà fil-Mediterran, ir-riforma fil-Gnus Maghquda, is-sanzjonijiet, il-problema taz-zewg Korei u r-ritorn ta' Hong Kong fi hdan ic-Cina.

Gie maqbul li jinzammu laqghat bejn iz-zewg nahat fuq bazi regolari u li jkun hemm bdil ta' delegazzjonijiet kummercjali biex jesploraw il-potenzjali ta' kummerc bejn iz-zewg pajjizi.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Enerġija affordabbli ma teżisti imkien ħlief f’Malta u l-garanzija tagħna tibqa’ prezzijiet tal-enerġija stabbli” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261912

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Enerġija affordabbli ma teżisti...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI

PR261911

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

More Press Releases Right arrow