L-Avukat Mizzi jaghti l-pariri tieghu dwar il-kaz tal-Forti Chambrai
L-Avukat Edgar Mizzi kiteb lill-Prim Ministru dwar l-ghoti b'cens tal-Forti Chambrai ta' Ghawdex - b'kollox madwar 90 tomna - mill-Gvern precedenti lil persuni privati mhux biss minghajr sejha ghal offerti imma b'kundizzjonijiet 'ridikoli'.
Fis-17 ta' Jannar il-Prim Ministru kien talab lil Dr. Edgar Mizzi biex jaghti l-pariri lill-Gvern dwar diversi kazi ta' korruzzjoni u abbuz ta' poter u ta' decizjonijiet amministrattivi importanti li ma ittihdux skond normi ta' responsabbiltĂ , prudenza u accountability serja kif tqajmu mill-Oppozizzjoni Laburista fis-snin ta' qabel l-elezzjoni ta' Ottubru li ghadda, fosthom il-kaz tal-Forti Chambrai.
Fil-pariri tieghu lill-Prim Ministru dwar il-kaz tal-Forti Chambrai, mibghuta fit-18 ta' Awissu, l-Avukat Mizzi jghid li mill-fatti kif esposti jirrizulta b'mod car li l-ilmenti, kritika u akkuzi li l-Oppozizzjoni Laburista ghamlet dwar il-progett ta' Forti Chambrai kienu gustifikati fis-sustanza , jekk mhux f'kull dettal, u li fil-fatti li graw wara komplew jikkonfermaw kemm kellha ragun l-Oppozizzjoni Laburista.
L-Oppozizzjoni Laburista kienet qalet li l-Avukat Roberto Memmo ma kienx bniedem ta' sustanza bizzejjed ghal dan il-progett, kien semplici spekulatur u kien membru tal-Loggia Massonica P2 tal-Gran Mastru Licio Gelli. L-Avukat Mizzi jghid li m'hemm l-ebda dubbju li l-mod kif gie trattat l-Avukat Roberto Memmo mill-Gvern ta' dak iz-zmien, kien trattament preferenzjali u li l-ftehim li ntlahaq mieghu kien wiehed favorevoli ghalih u f'hafna aspetti insolitu.
L-Avukat Mizzi jghid li dak jaghti lok ghal kritika u suspetti ta' hwejjeg li m'ghandhomx isiru, anke ta' korruzzjoni, huwa l-mod sigriet u anke preferenzjali li bihom jigu mmexxija n-negozjati kif ukoll il-mod kif il-Gvern precedenti intrabat bil-mohbi li jghaddi l-Forti Chambrai ta' Ghawdex lil Roberto Memmo b'cens baxx ta' Lm10,000 fis-sena, avolja d-decizjoni finali kienet f'idejn il-Kamra tad-Deputati.
L-Avukat Mizzi jghid li meta Gvern jintrabat b'dan il-mod difficilment ma juzax is-sahha li ghandu biex il-progett jigi approvat mal-Kamra tad-Deputati. L-ghazla tal-Kamra tkun bejn l-approvazzjoni tal-progett u sfiducja fil-Gvern; u huwa naturali li l-ghazla tkun dik favur il-progett.
L-Avukat Mizzi jghid li l-kaz tal-Forti Chambrai ma kienx l-uniku wiehed minn fost il-kazi li gie mitlub jaghti parir - bhalu kien hemm dak ta' McDonalds ta' Birkirkara u l-Car Park tal-Furjana. F'kull kaz il-Gvern precedenti uza l-Kamra tad-Deputati biex jaghti s-sigill l-ftehim li jkun diga' innegozja mal-privat.
L-Avukat Mizzi jghid li fuq il-kuntratt finali li l-Gvern precedenti iffirma ma' Fort Chambray Ltd baqghu hafna dubji u incertezzi li l-fatti li graw wara komplew jikkonfermaw bhala fondati. Dan sar minkejja li kien hemm l-approvazzjoni tal-Kamra tad-Deputati tal-Kuntratt li eventwalment poggiet is-sigill legali fuq l-agir tal-Gvern precedenti. Dawn kienu dovuti principalment ghall-fatt - anticipat mill-Oppozizzjoni Laburista - li Roberto Memmo la kien 'developer' u lanqas ma kien bniedem ta' sustanza tali li seta' jwettaq il-progett hu. Barra mid-dubji dwar il-passat tieghu, ma kien hemm xejn li juri la li kien verament 'developer' u lanqas li kellu l-mezzi biex ikun tali. Ma kien hemm l-ebda dubju li l-flus ghall-progett kellhom johorgu minn l-ispekulazzjoni fuq l-istess art moghtija b'cens u li l-hekk imsejjah 'Developer' ftit jew xejn kellu johrog flus minn butu.
L-Avukat Mizzi jghid li l-Kamra tad-Deputati m'ghandhiex tigi uzata bhala "rubber stamp" tal-Gvern tal-gurnata. Dr. Mizzi jghid li urtah il-fatt li f'dan il-kaz il-Gvern precedenti sa mill-bidu nett intrabat ma' Roberto Memmo b'mod li kieku l-Kamra tad-Deputati eventwalment ma approvatx il-progett, Memmo seta' jfittex lill-Gvern Malti ghad-danni. Dana mhux sew, u kull rabta ghandha tkun suggetta ghar-rieda finali tal-Kamra tad-Deputati minghajr konsegwenzi fuq il-Gvern, la politici u lanqas finanzjarji.
L-Avukat Mizzi jghid li l-ftehim bejn il-Gvern precedenti u l-kumpanija ta' Roberto Mizzi ghall-ghoti b'cens tal-Forti Chambrai u l-art ta' madwaru kien rizultat ta' negozjati fil-privati, hafna minnhom oskuri, li mbaghad kienu jigu prezentati lill-Kummissarju tal-Artijiet bhala ftehim biex jiffirma ghan-nom tal-Gvern. L-Avukat Mizzi jghid li l-Kummissarju tal-Artijiet ma kienx jaf x'qed jigri, ahseb u ara l-poplu.
. . . / . .
Fil-pariri tieghu l-Avukat Mizzi jghid li ma kienx hemm sejha ghall-offerti qabel ma bdew in-negozjati ma' Memmo anzi kien hemm id-direttiva lill-Korporazzjoni Maltija ghall-Izvilupp mill-Gvern precedenti biex tikkonsidra kaz b'kaz kif jigu quddiemha.
Il-fatti, jghid l-Avukat Mizzi, kienu li Memmo kien persuna li taf tbigh l-ideat, taf torganizza progett - pjanti, mudelli u studji - izda meta tigi ghall-implimentazzjoni tieqaf u tara x'profitt tista' taghmel mix-xoghol li tkun ghamlet.
L-Avukat Mizzi jghid li l-kritika ta' l-Oppozizzjoni Laburista dwar il-mod kif tressqet ir-rizoluzzoni mill-Gvern precedenti dwar il-Forti Chambrai kienet valida. F'dan il-kaz in-negozjati damu aktar minn sentejn - b'mod aktar accentwat u suspettuz minn kazi ohra - kollox fil-privat, kwazi fil-mohbi. L-Avukat Mizzi jghid li l-ftehim gie sanzjonat mill-Kamra tad-Deputati bhal li kieku din kienet "rubber stamp" tal-ftehim li jkun lahaq il-Gvern. Il-Gvern intrabat li joqghod fuq decizjoni ta' Kumitat li fuqu kellu biss rapprezentant wiehed minn tliet membri. Dan il-Kumitat lanqas iffunzjona, forsi lanqas inhatar, imma xorta wahda l-Gvern dahal f'dik ir-rabta.
L-Avukat Mizzi jirrakkomanda li l-Gvern jistabbilixxi xinhi l-pozizzjoni tieghu sew bhala direttarju tal-art kemm bhala azzjonista fil-Fort Chambray Ltd u li hi l-emfitewta ta' l-istess art. Il-pozizzjoni tal-Gvern fl-ezekuzzjoni tal-obbligu tal-emfitewta tista' tinghata ahjar miz-zewg diretturi li l-Gvern ghandu fuq Fort Chambray Ltd. L-Avukat Mizzi jissugerixxi li dawn iz-zewg diretturi jintalbu jaghmlu rapport ta' dak li sar. Dan japplika wkoll ghall-obbligi li l-kumpanija ghaddiet liz-zewg kumpaniji Forti Resort Hotel Ltd u Forti Development Ltd. Fil-kaz li xi obbligi ma gewx osservati skond il-kuntratt, dawn ghandhom jigu rilevati fir-rapport.
Other Press Releases:
PR261912
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Enerġija affordabbli ma teżisti...
PR261911