Left arrow Go Back

Il-Ministru George Vella jkompli biz-zjara tieghu fl-Awstralja

PR1656
Date Icon 30/08/1997

Fost il-laqghat li l-Vici Prim Ministru t-Tabib George Vella kellu l-Hamis, fiz-zjara tieghu fl-Awstralja, kien hemm laqgha mal-Prim Ministru ta' l-Istat ta' Victoria, f'Melbourne, Mr Jeff Kennett.

Matul il-laqgha l-Prim Ministru ta' Victoria wera hafna nteress dwar Malta, u mat-Tabib Vella ddiskuta diversi suggetti ta' nteress komuni bhall-politika barranija ta' Malta, l-potenzjal kummercjali ta' "partnership" Malti-Awstraljan fil-Mediterran, is-sistema gdida ta' tassazzjoni f'pajjizna, u oqsma ohra bhall-ambjent, is-sahha u l-avjazzjoni civili.

Aktar kmieni, l-Ministru Vella u d-delegazzjoni tieghu kienu l-mistiedna ta' l-unur ghal ikla moghtija f'giehhom mill-Kancillier u l-Vici Kancillier ta' l-Universita' ta' Victoria, u li ghaliha attendew bosta professuri, membri tal-Parlament ta' Victoria, u l-Ministru ta' l-Edukazzjoni ta' Victoria, Mr Honeywood.

Fid-diskorsi li saru gie mwieghed li l-koperazzjoni bejn l-Universitajiet taz-zewg pajjizi tigi msahha, u gie mfahhar ir-rwol li l-Universita' ta' Victoria qieghda taghmel biex izzomm hajja l-identita' u l-lingwa Maltija fl-Awstralja.

L-ahbar li l-Gvern Malti se jaghti scholarships lil Awstraljani li qeghdin jistudjaw il-lingwa Maltija giet milqugha bil-ferha, u saru diskussjonijiet biex jinbdew progetti marbuta ma' l-istudju ta' l-emigrazzjoni tal-Maltin fl-Awstralja.

Wara nofsinhar il-Ministru Vella kien intervistat fuq ir-radio SBS ta' Melbourne, u filghaxija kien mistieden ghal laqgha kbira li thejjiet mill-Maltese Community Centre ta' Parkville, li fiha gie inawgurat il-Festival Kulturali Malti ta' din is-sena, u li ghaliha attendew numru kbir ta' Maltin.

Ghall-okkazjoni ttellghet wirja estensiva ta' xoghlijiet ta' artiggjanat Malti mahdum minn Maltin f'Melbourne.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Enerġija affordabbli ma teżisti imkien ħlief f’Malta u l-garanzija tagħna tibqa’ prezzijiet tal-enerġija stabbli” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261912

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Enerġija affordabbli ma teżisti...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI

PR261911

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

More Press Releases Right arrow