Left arrow Go Back

Serata ta' Folk fil-Gharb

PR1639
Date Icon 28/08/1997

Il-Festival tal-Folk 'Iljieli Sajfin' li sar f'Ghawdex f'dawn l-ahhar tlett ijiem kien success u gie segwit minn mijiet ta' residenti lokali u ta' vizitaturi. Illum se tigi organizzata l-ahhar lejla tal-festival li tinkludi marci mill-banda "La Stella", ghana minn Frans Baldacchino "l-Budaj", wirja mill-grupp teatrali "Don Bosco" u zfin mill-grupp folkloristiku Pollakk 'Lany'. Dan il-grupp huwa mistieden tal-Kunsill tal-Kultura, fi hdan is-Segretarjat Parlamentari ghal Ghawdex, biex jaghti wirjiet ta' zfin madwar il-gzejjer Maltin.

'Iljieli Sajfin' se jkun avveniment annwali li se jkun organizzat kull sena f'rahal differenti bl-iskop li attivitajiet kulturali jkunu mifruxa madwar Ghawdex kollu. F'kelmtejn li ghamel fil-ftuh tal-festival, is-Segretarju Parlamentari ghal Ghawdex, Dr Anton Refalo, qal li l-komunitajiet ta' l-irhula jridu jkunu huma wkoll protagonisti u spettaturi f'attivitajiet kulturali filwaqt li tkellem dwar l-importanza ta' attivitajiet kulturali biex ikun attirat turist ta' kwalita'.

Dr Refalo qal li r-responsabbilta' li jigi attirat turist ta' kwalita' mhix biss tal-Gvern centrali, ghaliex il-vizitatur jevalwa fuq kollox is-servizzi, l-ambjent u l-akkoljenza tan-nies - li huma kollha affarijiet li jiddependu minn min huwa nvolut fil-qasam turistiku.

Dr Refalo qal li f'ekonomija bhal ta' Ghawdex, b'dipendenza qawwija fuq settur wiehed - it-turizmu - in-nuqqas ta' ghaqal minn kull min huwa involut, huwa mhux biss ta' dannu, izda perikoluz. "Inkunu kompetittivi", qal Dr Refalo, "meta noffru servizz tajjeb u ma nabbuzawx meta nbieghuh. Hemm min jahdem bil-ghaqal f'dan is-settur izda jista' jaghti l-kaz li mal-ftit li jabbuzaw jehel kullhadd."

Is-Segretarju Parlamentari ghal Ghawdex qal li hija l-politika tal-Gvern li jahdem fuq livell nazzjonali kif ukoll fuq livell lokali biex jitjieb il-prodott turistiku li joffri l-pajjiz. Huwa esprima t-tama li f'Ghawdex is-settur privat involut fil-qasam turistiku wkoll ikompli b'impenn serju f'din id-direzzjoni.

Dr Refalo rringrazzja lill-Kunsill tal-Kultura ta' l-impenn shih favur il-kalendarju kulturali f'Ghawdex u awgura li 'Iljieli Sajfin' ikun success.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Enerġija affordabbli ma teżisti imkien ħlief f’Malta u l-garanzija tagħna tibqa’ prezzijiet tal-enerġija stabbli” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261912

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Enerġija affordabbli ma teżisti...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI

PR261911

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

More Press Releases Right arrow