Jibdew jitnehhew nies li okkupaw art illegalment
Il-pulizija llum bdiet hidma sabiex inehhu lin-nies li kienu okkupaw illegalment l-art maghrufa bhala t-Taflija, limiti ta' l-Ghadira, il-Mellieha bhala 'camping site'. Dawn in-nies kienu qed jokkupaw il-post minghajr ebda titlu. Dan sar wara li llum il-Qorti iddecidiet li ma kienx hemm lok ghal hrug ta' Mandat ta' Inibizzjoni kif mitlub mir-rikorrenti u ghaldaqstant irrevokat l-ewwel digriet provizorju taghha. Il-hidma tal-Pulizija qed testendi wkoll ghas-sidien ta' hwienet u licenzjati ohra fiz-zona ta' l-Ghadira li abbuzaw minn koncessjonijiet moghtija lilhom mid-Dipartiment ta' l-Artijiet.
Fit-28 ta' Lulju 1997 il-Pulizija kienet gharrfet lid-diversi nies li kienu okkupaw is-sit tat-Taflija (madwar tmenin) sabiex johorgu u jnehhu l-kampijiet li kienu ramaw. Xi whud obdew u ohrajn irrifjutaw. Saret talba lill-qorti ghal hrug ta' Mandat ta' Inibizzjoni minn Silvio Abela u Ruth Brown kontra l-Kummissarju tal-Pulizija, il-Kummissarju ta' l-Artijiet, il-Ministru tax-Xoghlijiet u Kostruzzjoni, il-Prim Ministru u l-Kunsill Lokali tal-Mellieha, liema talba kienet giet milqugha provizorjament. Dan ir-rikors gie ttrattat quddiem il-Qorti fit-30 ta' Lulju 1997 u llum il-Qorti ddecidiet li ma kienx hemm lok ghal hrug ta' Mandat ta' Inibizzjoni kif mitlub mir-rikorrenti u ghaldaqstant irrevokat l-ewwel digriet provizorju taghha.
L-Ghaqda 'Adventures Campers Association' kienet talbet lid-Dipartiment ta' l-Artijiet permess sabiex tuza l-art maghrufa bhala t-Taflija. Id-Dipartiment ta' l-Artijiet kien gharraf lil din l-ghaqda li ma kellux oggezzjoni ghal din it-talba basta jkollha wkoll il-permess tal-Kunsill Lokali tal-Mellieha kif ukoll dak tal-Pulizija. Gara li diversi persuni qabdu u bdew juzaw dan il-post minghajr ma ottempraw ruhhom mad-direttivi tal-Kummissarju ta' l-Artijiet li rtira n-nuqqas ta' oggezzjoni li kien ta fil-bidu. L-Awtorita' ta' l-Ippanjar ukoll kienet harget Avviz ta' Waqfien u Twettiq skond l-Artikoli 51 u 52 ta' l-Att 1 ta' l-1992 kontra 'Adventure Campers Association' u l-Kummissarju ta' l-Artijiet.
Sadanittant il-gvern qieghed jistudja l-possibilta' li jinholqu 'camping sites' skond ir-regolamenti precizi u li jkunu konformi ma' l-ambjent naturali ta' pajjizna. Dan l-istudju se jsir biex ikun zgurat li dawn il-'camping sites' isiru b'mod regolat u jkunu attrezzati ghall-pubbliku li jkun jixtieq jaghmel uzu minnhom. Il-gvern huwa kommess li dawn il-'camping sites' ikunu jissodisfaw il-ligijiet ezistenti tal-pajjiz u bl-ebda mod ma jkunu ta' dannu ghall-istess nies li juzawhom u li jharsu l-ambjent ta' l-inhawi fejn ikunu gew allokati. Il-hsieb hu li sas-sajf tas-sena d-diehla ikun hemm zewg 'camping sites' ta' dan it-tip. Sadanittant se jittiehdu passi kontra kull min jiehu l-ligi b'idejh.
Other Press Releases:
PR261912
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Enerġija affordabbli ma teżisti...
PR261911