Left arrow Go Back

OASI - Fondazzjoni b'hidma importanti

pr1287
Date Icon 01/07/1997

Is-Segretarju Parlamentari ghal Ghawdex Dr Anton Refalo iltaqa' mal-fundatur u direttur tal-Fondazzjoni OASI, Dun Manwel Cordina, fic-centru tal-Fondazzjoni fir-Rabat. Filwaqt li giet spjegata l-hidma tal-Fondazzjoni fil-qasam ta' kura u prevenzjoni mill-abbuz ta' droga u alkohol, Dr Refalo qal li l-Fondazzjoni ghandha ssib fis-Segretarjat tieghu kull ghajnuna u appogg li jkollha bzonn.

Is-Segretarju Parlamentari ghal Ghawdex qal li organizzazzjonijet mhux governattivi ghandhom jahdmu b'koordinazzjoni ma' xulxin u wkoll ma' l-Istat u l-Knisja, u filwaqt li tkun garantita l-awtonomija taghhom, ghandhom jinghataw kull appogg mehtieg. Dr Refalo u Dun Manwel Cordina tkellmu dwar oqsma ta' koperazzjoni li jista' ikun hemm bejn is-Segretarjat ghal Ghawdex u l-OASI.

Dwar il-Fondazzjoni OASI

L-OASI dahlet fis-sitt sena ta' hidma taghha f'Ghawdex. Il-Fondazzjoni tahdem kemm fuq il-lat preventiv tal-problema ta' abbuz minn alkohol u droga kif ukoll fuq rijabilitazzjoni ta' persuni milquta minn dawn il-problemi, permezz ta' staff imharreg professjonalment dwar is-suggett.

L-OASI ssegwi t-taghlim tal-Minnesota Model li jippromwovi rijabilitazzjoni permezz ta' emfasi fuq il-lat psikologiku, spiritwali u socjali tal-persuni milquta mill-problema ta' dipendenza fuq alkohol u droga. Il-hidma ta' l-OASI twassalha wkoll sa skejjel pubblici b'edukazzjoni preventiva.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Enerġija affordabbli ma teżisti imkien ħlief f’Malta u l-garanzija tagħna tibqa’ prezzijiet tal-enerġija stabbli” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261912

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Enerġija affordabbli ma teżisti...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI

PR261911

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

More Press Releases Right arrow