Programm ta' Familjarizazzjoni mal-Kunsill Lokali
pr1162
13/06/1997
Progett imniedi mill-Ministeru tax-Xoghlijiet Pubblici u Kostruzzjoni bil-kollaborazzjoni tal-Ministeru tal-Gustizzja u Kunsilli Lokali.
- Il-problemi infrastrutturali fil-lokalitajiet diversi jigu maghrufa kemm dawk li jaqghu fir-responsabiltà tal-Kunsilli Lokali kif ukoll dawk il-problemi infrastrutturali li huma fir-responsabilita tal-Gvern Centrali.
- Ix-xoghlijiet li jridu jsiru jitpoggew f'ordni ta' prijorita mill-Kunsill Lokali.
- Sabiex ix-xoghlijiet isiru b'mod ippjanat il-gvern qieghed joffri s-servizz tal-Co-Ordination Unitli jaccerta li qabel ma jsiru xoghlijiet jigu ko-ordinati s-servizzi infrastrutturali, jigifieri l-ilma, d-drenagg, it-telefon, l-elettriku u l-Melita Cable T.V. Jigi accertat ukoll li tinstab soluzzjoni ghall-problemi ta' gharghar li jista jkun hemm f'areas partikolari. B'dan il-mod hu ttamat li x-xoghol isir darba u tajjeb minghajr ma jkollu ghalfejn jinqala' fi zmien qasir.
- Servizz iehor offrut mill-Gvern Centrali lill-kunsilli lokali hu dak relatat mal-preparazzjoni tan-National Storm Water Master Plan. Ghal dan il-ghan tezisti l-htiega li jigu identifikati sistemi ezistenti ta' storm waterculverts u reservoirs, anke dawk li ma jahdmux, u wara li jsir ix-xoghol ta' manutenzjoni mehtieg, dawn jghaddu lura fir-responsabilita tal-kunsill lokali. B'dan il-mod il-gbir ta' informazzjoni qieghed iwassal sabiex il-kunsilli jinghataw sistemi ta' storm water drainage li jahdmu u b'hekk tittaffa l-problema ta' l-gharghar.
- It-tielet servizz li qieghed joffri l-gvern lill-kunsill lokali hu dak ta' l-attachments. Permess ta' din is-sistema il-kunsilli jinghataw id-directlabour sabiex jaghmlu x-xoghol ta' day-to-day maintenance. Skond din l-iskema dawn in-nies jithallsu mill-gvern centrali imma jahdmu skond il-pjanijiet u bid-direzzjoni tal-kunsill lokali. Din is-sistema filwaqt li tiffranka certu nfieq lill-kunsilli tizgura li l-lokalita ma jkolliex id-dehra tat-telqa u zdingar.
- Matul dan il-progett apparti li gew spjegati dawn is-servizzi godda lill-kunsilli lokali, gew identifikati dawk l-oqsma infrastrutturali li hu responsabbli ghalihom il-gvern centrali u li mbaghad iridu jghaddu fir-responsabilita tal-kunsilli lokali. Fost l-oqsma infrastrutturali li rahal ghandu jkollu apparti t-toroq, gew identifikati wkoll pjazez, latrini u playing fields.
L-ghan ahhari hu li fuq medda ta' snin l-infrastruttura fil-lokalitajiet kollha tigi upgraded b'tali mod li bil-vot taghhom u bis-sistema ta' l-attachments il-kunsilli lokali jkunu jistghu jwettqu x-xoghol ta' manutenzjoni b'mod sodisfacenti.
Other Press Releases:
PR261912
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Enerġija affordabbli ma teżisti...
PR261911