Il-Ministru Michael Farrugia jipprezenta Appointments lil Staff u Enrolled Nurses
"Irrid nirringrazzjakom f'isem il-pazjenti - cittadini Maltin u Ghawdxin tas-servizzi li intom qed taghtu." Dan qalu l-Ministru ghas-Sahha, Kura ghall-Anzjani u Affarijiet tal-Familja, Dr Michael Farrugia waqt prezentazzjoni ta' appointments lil numru ta' Enrolled u Staff Nurses li jahdmu mad-Dipartiment tas-Sahha. Parti kbira minn dawn in-nurses kienu part-timers u issa saru nursesfull time.
Il-Ministru Farrugia qal li ma jistax jghid li fid-Dipartiment tas-Sahha m'hemmx nuqqas ta' infermiera. Huwa qal li l-problema hija maghrufa u d-Dipartiment qed jaghmel minn kollox sabiex nattiraw aktar nies sabiex jahdmu fis-settur tas-sahha.
Il-Ministru Farrugia qal li jrid jispicca z-zmien fejn certu postijiet ikunu l-postijiet tal-kastig. Huwa kompla jghid li x-xoghol ta' l-infermiera mhux biss professjoni izda wkoll vokazzjoni, ghaliex dan ix-xoghol jirrikjedi tahrig u pacenzja. Il-Ministru Farrugia ferah lil dawn l-infermiera u awguralhom futur mad-Dipariment tas-Sahha.
Other Press Releases:
PR261912
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Enerġija affordabbli ma teżisti...
PR261911