Il-Ministru Alfred Portelli jzur progetti tal-Housing f'Bormla
Il-Ministru ghad-Djar, is-Sur Alfred Portelli, dalghodu, zar progetti dwar tnehhija ta' kerrejjiet u rijabilitazzjoni ta' postijiet li l-Ministeru tieghu qieghed iwettaq jew se jwettaq gewwa Bormla. Il-progetti jinsabu f'diversi nhawi.
Il-programm tal-Ministeru ghad-Djar rigward dawn il-progetti f'Bormla jikkoncerna lit-tieni fazi tal-progett ta' Santa Liena, fi Triq l-Ajkla, fejn qed jinbnew 17-il post, kif ukoll il-progett ta' Triq San Gwann. L-ewwel fazi ta' dan il-progett fiha 20 post u t-tieni fazi fiha 49 post. Se jkun hemm 45 garage u fejn se jsir bini ta' 3 sulari se jsir il-lift. Dan il-progett ta' Triq San Gwann mistenni jibda fl-ewwel xhur tas-sena d-diehla u jdum tlett snin. Se jsir ukoll bini ta' 6 postijiet ohra fi sqaq Srejdek.
Barra minnhekk, qieghed ukoll isir xoghol preparattiv fuq progett iehor go Triq San Frangisk kif ukoll f'St Nicholas Married Quarters. Filwaqt li l-Ministeru ghad-Djar qieghed jahdem fuq programm ta' twaqqiegh ta' slums biex l-aghar slums u bini iehor sub-standard ikunu eleminati, il-Ministeru qieghed ukoll jippjana li jibda fazi ohra fejn l-enfasi tkun aktar fuq rijabilitazzjoni u rigenerazzjoni.
Fil-fatt, qed isir xoghol ta' rijabilitazzjoni fi Triq Sant'Ursola, Valletta u l-quddiem se jsir xoghol simili fi Triq San Gwann, f'Bormla. Infatti, dwar dawn iz-zewg progetti, gie deciz li l-faccati tal-bini jigu ppreservati. Dan qed isir ukoll bil-ghan li z-zona tal-Kottonera terga' tibda ssir attraenti. F'Bormla, hemm ippjanati 134 post mill-Ministeru ghad-Djar ghall-abitazzjoni.
Il-Ministru zar ukoll erba' maisonettes li kienu nbnew snin ilu mill-Gvern u thallew abbandunati. Il-Ministru Portelli meta sar jaf b'dan ha inizjattiva personali u talab lill-Awtorità tad-Djar titlobhom lura minghand id-Dipartiment ghall-Artijiet biex ikunu jistghu jigu rrangati u allokati taht l-iskemi taghha. Quddiem id-Dipartiment ghall-Akkomodazzjoni Socjali minn Bormla hemm 352 applikazzjoni ghal post alternattiv.
Ghalhekk waqt li l-Ministeru ghad-Djar qieghed jaghmel hiltu kollha fil-qasam tal-housing bir-risorsi finanzjarji limitati tieghu xorta wahda jappella biex min jiflah jikri, jixtri, jew jibni, ghandu jaghmel dan u mhux joqghod jistenna lill-Gvern biex jipprovdilu l-akkomodazzjoni. B'hekk biss tkun tista' tikber il-gustizzja socjali f'dan il-qasam.
Other Press Releases:
PR261912
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Enerġija affordabbli ma teżisti...
PR261911