Il-Ministru Michael Farrugia jigi prezentat b'cheque mic-Chairman tal-Mid Med Bank Limited
Ic-Chairman tal-Mid Med Bank Ltd, Dr Alfred Mifsud ipprezenta cheque lill-Ministru ghas-Sahha, Kura ghall-Anzjani u Affarijiet tal-Familja, Dr Michael Farrugia sabiex jintuzaw ghall-kampanja ghall-donaturi ta' l-Organi wara 'l mewt ta' persuni.
Il-kampanja se ssir b'kollaborazzji mal-Lions Club (Sliema), mat-Taqsima tal-Kura Intensiva ta' l-isptar San Luqa u mal-Media Centre.
Il-Ministru Michael Farrugia heggeg lic-cittadini biex joffru l-organi taghhom wara mewthom u qal li b'dawn id-donazzjonijiet inkunu qeghdin nuru ruhna altruwisti lejn haddiehor u lejn is-socjeta'. Huwa qal ukoll li haddiehor ikun qieghed igawdi hajja mill-gdid.
Il-Ministru Farrugia heggeg lic-cittadini li jaqblu li jkunu donaturi sabiex jirregistraw u jgorru l-card fuqhom. Huwa qal li dan huwa testment taghhom ta' kif ghandhom jintuzaw ta' l-organi taghhom wara mewthom.Il-Ministru Michael Farrugia qal li l-kampanja se tkun aktar intensiva u tibqa' sistematika ghaliex l-organi hemm bzonnhom dejjem mhux ghal ftit taz-zmien.
Il-Ministru Farrugia irringrazzja lic-Chairman tal-Mid Med Bank, Dr Alfred Mifsud lil-Lions Club (Sliema) tal-koperazzjoni kif ukoll lit-Taqsima tal-Kura Intensiva u l-istaff mediku u paramediku ta' l-isptar San Luqa li f'certi kazi jidhlu fil-hin barrani taghhom biex ikunu jistghu jaghmlu operazzjonijiet sabiex l-organi ma jintilfux.
Other Press Releases:
PR261901
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...
PR261900