Il-Prim Ministru Malti jifrah lill-Prim Ministru 'l gdid ta' Franza
Il-Prim Ministru Dr. Alfred Sant ferah lill-Prim Ministru l-gdid ta' Franza Lionel Jospin wara r-rebha impressjonanti li kellu fl-elezzjonijiet Francizi u l-hatra tieghu bhala Prim Ministru ta' Franza. Il-Prim Ministru Sant qal lill-Prim Ministru l-gdid Franciz li taht it-tmexxija tieghu il-Gvern il-gdid Franciz ghandu jwettaq b'vizjoni il-mandat fdat lilu mill-poplu Franciz lill-Partit Socjalista Franciz.
Il-Prim Ministru Sant esprima l-konvinzjoni tieghu li taht it-tmexxija ta' Jospin, il-hbiberija tradizzjonali u storika bejn il-poplu ta' Malta u Franza tkompli tissahhah fis-snin li gejjin.
Il-Prim Ministru Sant qal li jhares 'il quddiem biex tkompli tissahhah il-paci fir-regjun tal-Mediterran u wera t-tama li jkollu l-okkazjoni li jiltaqa' mieghu fil-futur qarib.
Other Press Releases:
PR261901
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...
PR261900