Left arrow Go Back

Titjib fis-servizz tal-bdiewa

pr1043
Date Icon 02/06/1997

Bdew isiru testijiet xjentifici fuq il-hamrija. Dan sabiex il-bdiewa ikunu nfurmati b'aktar mezzi moderni kif ikabbru prodotti ta' kwalita' ahjar. Dan is-servizz li qed jinghata b'xejn, qed isir fuq l-ucuh fejn jitkabbar il-frawli u varjetajiet ta' prodotti godda ghas-suq lokali u dak ghall-esportazzjoni.

Is-servizz ghandu wkoll l-ghan li jghin lill-bdiewa jnaqqsu l-uzu tal-pesticidji, sabiex il-produzzjoni tkun aktar bnina u naturali. Dan intqal mill-Ministru tal-Biedja u Sajd Noel Farrugia meta kien qed jindirizza l-Laqgha Generali tal-Koperattiva tal-Bdiewa tar-Rabat.

Hu zied jghid li matul dawn l-ahhar xhur numru ta' haddiema tad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura hadmu fuq programm ta' xoghlijiet ta' manutenzjoni fuq hitan tas-sejjiegh.

B'dan l-impenn u il-progett ta' Wied il-Qlejja, se tissebbah il-kampanja u jigu rimedjati hafna mill-problemi li l-bdiewa ilhom ihabbtu wicchom maghhom is-snin.

Meta tkellem dwar l-esportazzjoni tal-patata, il-Ministru qal li b'rizultat ta' l-ahhar arrangamenti, mhux talli ma baqghetx patata ma' wicc il-bdiewa, talli ma kienx hemm patata bizzejjed biex jigu esportati l-ahhar 800 tunnellata.

Il-Ministru Noel Farrugia temm id-diskors tieghu billi talab pubblikament lill-Koperattivi tal-Bdiewa jressqu proposta ta' prezz lill-Export Marketing Board ghall-esportazzjoni tal-basal sabiex, il-Board ikun jista' jinnegozja fl-ahjar interess tal-bdiewa.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-MOBBILTÀ SOSTENIBBLI  Malta Miegħek: Titnieda l-Istrateġija Nazzjonali għaċ-Ċikliżmu 2026–2036

PR261900

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-MOBBILTÀ SOSTENIBBLI Malta Miegħek: Titnied...

More Press Releases Right arrow