Fazi gdida fil-progett pilota tal-Furjana
Is-sidien tal-postijiet battala fil-Furjana qieghdin jigu mistiedna biex jattendu laqgha li se ssir ghalihom bil-ghan li tinholoq bazi ta' koperazzjoni bejnhom u l-Gvern dwar l-ahjar uzu li ghandu jsir tal-proprjeta' taghhom. Din il-laqgha qieghda tigi organizzata mid-Dipartiment ta' l-Akkomodazzjoni Socjali flimkien mal-Kunsill Lokali tal-Furjana.
Dan id-Dipartiment, xi gimghat ilu, kien wettaq survey tal-proprjeta' battala fil-Furjana bhala parti minn progett pilota li ghandu l-ghan li tigi identifikata din il-proprjeta' halli din il-lokalita' terga' tiehu l-hajja. Din il-laqgha mistennija ssir nhar il-Gimgha, 6 ta' Gunju 1997, fil-bini tal-Kunsill Lokali tal-Furjana, fil-Mall.
F'din il-laqgha, li hija meqjusa bhala fazi gdida fit-twettieq tal-progett pilota, is-sidien se jigu mitluba jaghtu l-veduti u s-suggerimenti taghhom dwar kif din il-proprjeta' tista tigi zviluppata.
Other Press Releases:
PR261901
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...
PR261900