Left arrow Go Back

Hidma bla precedent biex tigi salvata faccata storika fil-Belt

pr0531
Date Icon 25/03/1997

Id-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar, li jaqa' taht il-Ministeru ghad-Djar, mistenni jidhol ghal bicca xoghol ta' inginerija civili li bhalha s'issa qatt ma saret f'Malta. Dan ix-xoghol se jsir biex tigi preservata faccata ta' bini qadim ta' madwar hames sulari, fi Triq Sant'Ursula, il-Belt. F'dan il-bini mistennija jinbnew ghadd ta' units bil-garaxxijiet tahthom.

Din il-faccata se tigi preservata fuq talba tad-Dipartiment tal-Muzewijiet u l-Progett ghar-Rijabilitazzjoni tal-Belt Valletta, li kienu sostnew li biex ix-xoghol seta' jkompli l-faccata ta' dan il-bini, li tigi kantuniera ma' Triq il-Bjar il-Qodma, ghandha tigi preservata.

Wara li d-Dipartiment ikkonsidra diversi alternattivi, sar qbil li l-unika soluzzjoni vijabbli fic-cirkustanzi kienet li tinzamm il-faccata ezistenti b'metodi innovattivi u jinbena bini gdid warajha. Biex isir dan ix-xoghol il-kuntratturi se jigu obbligati li fit-twettieq tal-progett jassiguraw li mhux biss il-faccata tinzamm izda jindikaw il-metodologija li se tintuza biex il-faccata tigi preservata. B'rizultat ta' din id-decizjoni l-Ufficcju tal-Lands Survey ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar, se jwettaq survey dettaljat tal-faccata in kwistjoni.

Meta dan jitlesta d-Dipartiment se jhejji pjanti godda li wara jigu sottomessi lill-istess Awtorita', li m,min-naha taghha wieghdet li kienet se thaffef il-process ta' l-approvazzjoni.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Żjara mill-Ministru Owen Bonnici fil-Kuwajt biex jissaħħu r-relazzjonijiet bilaterali u l-kollaborazzjoni fis-settur tal-akkomodazzjoni

PR261907

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Żjara mill-Mini...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA  Aktar minn 200 tifel u tifla fil-fostering: Appell għal iktar ġenituri biex jidħlu għal din il-missjoni

PR261906

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA Aktar minn 200...

More Press Releases Right arrow