Il-Ministru Charles Buhagiar jiltaqa' mal-Kummissarju Gholi Awstraljan
L-immanigjar ta' l-iskart u l-problemi komplessi li jezistu f'dan il-qasam gew diskussi waqt zjara ta' kortesija li l-Kummissarju Gholi Awstraljan Colin Willis, ghamel lill-Ministru ghax-Xoghlijiet Pubblici u Kostruzzjoni l-Perit Charles Buhagiar.
Il-Ministru Buhagiar spjega kif il-problema ta' l-immanigjar ta' l-iskart qieghda dejjem tikber u hemm bzonn li ssir aktar hidma biex jigu isseparati it-tipi ta' skart differenti. Huwa spjega kif f'Malta m'hawnx impjanti ta' riciklagg u ghalhekk dan it-tip ta' skart li jista' jigi riciklat qieghed ikun esportat.
Suggett iehor li gie diskuss kien landscape design. Il-Ministru Buhagiar qal li Malta tista' titghallem hafna minn dak li jsir fl-Awstralja, peress li hafna postijiet fl-Awstralja ghandhom klima simili ghal dik ta' Malta.
Min naha tieghu l-Kummissarju Gholi Awstraljan, li ilu hawn Malta tul l-ahhar xaghrejn biss, fisser kif l-Awstralja u Malta ghandhom hafna x'jghaqqadhom minhabba ammont kbir ta' emigranti.
Suggetti ohra li gew diskusssi kienu l-qasam tat-toroq u l-parkegg, scholarships fil-qasam ta' l-inginerija tat-toroq u l-Masterplan ghall-ilma tax-xita.
Other Press Releases:
PR261907
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Żjara mill-Mini...
PR261906