L-Avukat Edgar Mizzi dwar il-Kaz tal-Mcdonalds
L-Avukat Edgar Mizzi kiteb lill-Prim Ministru dwar allegazzjonijiet li saru fil-Kamra tar-Rapprezentanti li huwa seta' kellu xi konflitt ta' interess fil-kaz tal-McDonalds. Fl-ittra tieghu ta' l-20 ta' Marzu , l-Avukat Mizzi qal li hass li kellu jikteb lill-Prim Ministru dwar xi domandi li saru lill-Prim Ministru fil-Kamra tad-Deputati wara l-istqarrija tal-Prim Ministru fejn gie suggerit li fil-kaz tal-McDonalds, Dr. Mizzi kellu xi konflitt ta' interess peress li l-kuntratt ta' kiri bejn dawk l-organizzazzjonijiet gie redatt mit-tifel tieghu bhala avukat.
L-Avukat Mizzi qal lill-Prim Ministru li qatt ma hass li dan il-fatt kien johloq xi konflitt ta' interessi, ghaliex avukat ma jkollux interess personali fil-kwistjoni li dwarha jaghti pariri. Ghalhekk, qal l-Avukat Mizzi, ma jkunx hemm konflitt ta' interessi meta membri ta' l-istess familja jsibu ruhhom avukat wiehed ta' parti u l-iehor tal-parti l-ohra.
L-Avukat Mizzi qal li din hija haga li tigri hafna drabi u ma tqajjem l-ebda diffikultĂ lanqas meta, per ezempju, avukat jidher f'kawza fejn l-Imhallef huwa missieru. L-istess ligi ma tarax li jista' jkun hemm xi konflitt ta' interessi f'dan il-kaz. Dawn huwa hwejjeg li avukat imissu jafhom sewwa, qal l-Avukat Mizzi lill-Prim Ministru.
Barra minn hekk, qal l-Avukat Mizzi, anke kieku kellu xi konflitt ta' interess fil-kuntratt li kiteb it-tifel tieghu, dan l-interess kien ikun li jiddefendi dak li sar, haga li huwa ma ghamilx.
L-Avukat Mizzi kien gie mitlub mill-Prim Ministru fis-17 ta' Jannar 1997 biex jaghti l-pariri tieghu dwar ghadd ta' kazi ta' allegata korruzzjoni, ta' abbuz ta' poter u ta' decizjonijiet amministrattivi importanti li ma ittihdux skond normi ta' responsabbiltĂ , prudenza u accountability serja, kif tqajmu mill-Oppozizzjoni Laburista fis-snin ta' qabel l-Elezzjoni ta' Ottubru 1996. Dawn il-kazi kienu jinkludu il-kiri tal-parti ta' isfel tal-Klabb ta' Birkirkara lill-kumpanija McDonalds
tal-familja Hili, meta l-bini kien inghata lill-klabb b'cens nominali biex jintuza esklussivament ghal skopijiet sportivi.
L-Avukat Edgar Mizzi kien baghat il-parir tieghu dwar il-kaz tal-McDonalds lill-Prim Ministru fl-14 ta' Frar 1997. L-Avukat Mizzi kien qal li 'l-allegazzjoni principali ta' l-Oppozizzjoni Laburista hija li dak li sar b'abbuz ta' poter, li d-decizjoni kienet ittiehdet kienet wahda mehuda minghajr ir-responsabbiltĂ dovuta, u kollox sar biex tigi moqdija l-familja Hili.' L-Avukat Mizzi kien qal li 'fl-opinjoni tieghi dawn huma konkluzjonijiet minn fatti li m'humiex bhala tali, kontestati' u kien ikkonkluda li ma kienx hemm lok ghal aktar investigazzjonijiet.
Annessa ma' din l-istqarrija qed titqassam l-ittra ta' l-Avukat Edgar Mizzi lill-Prim Ministru.
Other Press Releases:
PR261907
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Żjara mill-Mini...
PR261906