Ministri jiltaqghu ma' sidien ta' skejjel li jghallmu l-Ingliz lill-Barranin
Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni u l-Kultura Nazzjonali Evarist Bartolo u l-Ministru tat-Turizmu Karmenu Vella llejla ltaqghu ma' dawk li jmexxu l-iskejjel li jghallmu l-Ingliz lill-barranin. Dawk li jmexxu dawn l-iskejjel urew l-apprezzament taghhom ghall-interess u l-appogg li qed juru z-zewg ministri lil dan is-settur importanti ta' turizmu edukattiv. Is-sidien ta' l-iskejjel qalu li din kienet l-ewwel darba li minn kemm ilhom jezistu ltaqghu maghhom il-Ministri ta' l-Edukazzjoni u tat-Turizmu.
Il-Ministri Bartolo u Vella enfazizzaw l-importanza tal-kwalita' f'dawn l-iskejjel ghax pajjizna ghandu kompetizzjoni qawwija minn pajjizi ohra. Il-Ministri Vella u Bartolo semmew kemm hu krucjali li dawk li jmexxu dawn l-iskejjel jizguraw li jsegwu r-regolamenti u l-ligijiet li jezistu ghax inkella jaghmlu hsara lir-reputazzjoni ta' Malta f'dan il-qasam.
Is-sidien ta' l-iskejjel li jghallmu l-Ingliz qalu li jkun sew jekk jittiehdu passi kontra dawk li jabbuzaw u joperaw l-iskejjel taghhom bla permess. Is-sidien ta' l-iskejjel semmew ukoll l-importanza li l-Pulizija tara li tithares il-ligi f'dawk l-inhawi bhal Paceville fejn jingabru hafna mill-istudenti li jigu jistudjaw l-Ingliz f'Malta.
Iz-zewg Ministri qalu li lesti jzommu kuntatt mill-qrib ma' dan is-settur importanti u appellaw biex tigi zgurata kwalita' gholja minn dawk li joffru dawn il-korsijiet lill-barranin.
Other Press Releases:
PR261907
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Żjara mill-Mini...
PR261906