Miguel Angel Martinez ifahhar il-politika gdida ewropea tal-Gvern Malti
L-Ispanjol Miguel Angel Martinez, Ex-Chairman ta' l-Assemblea tal-Kunsill ta' l-Ewropa u prezentement Chairman tal-Kumitat Ezekuttiv tan-Nord/Sud tal-Kunsill ta' l-Ewropa qal li llum aktar minn qatt qabel qed jifhem is-siwi tal-politika gdida Ewropea tal-Gvern il-gdid Malti. Signor Martinez qal dan f'laqgha li kellu mal-Prim Ministru Dr. Alfred Sant fil-Berga ta' Kastilja.
Martinez qal li kien sodisfatt hafna li l-Unjoni Ewropea ghazlet lil Malta ghall-Konferenza Ewro-Mediterranja u fisser din l-ghazla bhala sinjal pozittiv ghall-politika barranija tal-Gvern il-gdid Malti. Signor Martinez qal li l-ghazla ta' Malta tindika xi rwol jista' jkollha Malta fil-qasam tar-relazzjonijiet bejn l-Ewropa u l-bqija tal-Mediterran.
Signor Martinez qal li l-popli ta' l-Ewropa jirrispettaw kull decizjoni li jiehu l-poplu Malti. Huwa qal li wahda mir-ragunijiet li ghalihom gie Malta huwa biex jara jistghux jittiehdu aktar inizjattivi biex Malta jkollha aktar mezzi ta' kooperazzjoni mal-girien taghna fil-Mediterran. Martinez esprima s-sodisfazzjon tieghu li l-Partit Laburista rebah l-elezzjoni.
Martinez qal lill-Prim Ministru li wara li kien qara l-ktieb tieghu Malta's European Challenge huwa fehem ferm ahjar il-pozizzjoni l-gdida Ewropea tal-Gvern Malti. Martinez qal li Malta hija parti mill-Ewropa u huwa l-poplu Malti u Ghawdxi li jiddeciedi b'liema mod Malta ghandha tippartecipa fl-istrutturi Ewropej.
Il-Prim Ministru Dr. Alfred Sant tkellem dwar ir-relazzjonijiet mill-qrib li Malta trid li jkollha ma' l-Ewropa. Dr. Sant qal li Malta hija inkoraggitia mill-inkoraggiment li qed issib mill-hbieb taghha fl-Ewropa li qeghdin juru li qeghdin jifhmu is-siwi tal-politika l-gdida Ewropea taghna . Il-Gvern huwa inkoraggit ukoll mis-sinjali li qeghdin jaghtu l-hbieb Ewropej tieghu biex pajjizna jipprocedi biex ikollu l-eqreb relazzjonijiet ma' l-Unjoni Ewropea. Il-Prim Ministru enfasizza r-rwol ta' Malta li jkollha vokazzjoni Ewropea u Mediterranja u qal li l-poplu Malti u Ghawdxi huwa kburi li se jkun qieghed jghin fil-process ta' kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-pajjizi tal-Mediterran permezz tal-Konferenza Ewro-Mediterranja f'pajjizna.
Other Press Releases:
PR261907
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Żjara mill-Mini...
PR261906