Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039
Date Icon 27/11/2026

Is-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Anzjanità Attiva, Deo Debattista, indirizza s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità (AACC), li sar fil-Palazz tal-President, Ħ’Attard, bit-tema ‘Mir-Riċerka għall-Prattika: Nagħmlu Differenza fil-Ħajja tal-Anzjani’.

Is-seminar serva bħala pjattaforma għall-qsim tal-għarfien, tar-riċerka, tal-esperjenzi u tal-prattiki tajbin, bil-għan li tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani, kemm fid-djar residenzjali kif ukoll fil-komunità.

Waqt id-diskors tiegħu, is-Segretarju Parlamentari Deo Debattista enfasizza r-rwol essenzjali tal-infermiera fil-kura u l-benesseri tal-anzjani u d-differenza li jagħmlu ta’ kuljum fil-ħajja tagħhom. Huwa sostna li l-investiment kontinwu fit-taħriġ u l-iżvilupp professjonali tal-infermiera huwa essenzjali sabiex il-kura mogħtija lill-anzjani tibqa’ tkun tal-ogħla kwalità. 

“Organizzajna dan is-seminar sabiex inkomplu ntejbu s-servizzi li noffru lill-anzjani, kemm fil-komunità kif ukoll fid-djar residenzjali. L-għan tas-seminar huwa wkoll li nsaħħu l-għarfien dwar is-servizzi disponibbli għall-anzjani u, fl-istess waqt, inkomplu niżguraw li jingħataw kura tal-ogħla kwalità,” sostna Dr Debattista.

Is-Segretarju Parlamentari rringrazzja lill-infermiera kollha għall-ħidma siewja, id-dedikazzjoni u l-impenn kontinwu tagħhom biex l-anzjani jibqgħu jingħataw kura tal-ogħla kwalità b’dinjità, rispett u kompassjoni.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

AVVIŻ MILL-AWTORITÀ GĦAS-SIGURTÀ TAL-IKEL

PR262038

AVVIŻ MILL-AWTORITÀ GĦAS-SIGURTÀ TAL-IKEL

More Press Releases Right arrow