Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Il-Ministru Chris Fearne jindirizza t-18-il Laqgħa Annwali tal-Kunsill għall-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta

PR262031
Date Icon 27/11/2026

“Intom il-vera ambaxxaturi ta’ Malta, li ta’ kuljum tirrappreżentaw lil pajjiżna fil-komunitajiet fejn tgħixu.” Dan kien il-messaġġ tal-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej, Chris Fearne, waqt it-18-il Laqgħa Annwali tal-Kunsill għall-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta, li laqqgħet f’pajjiżna rappreżentanti tal-komunitajiet Maltin minn madwar id-dinja.

 

Il-Ministru Fearne saħaq li l-komunitajiet Maltin barra minn xtutna huma riżorsa importanti għal pajjiżna, mhux biss għax iżommu ħajjin il-lingwa, il-kultura u t-tradizzjonijiet Maltin, iżda wkoll għall-esperjenza u l-għarfien li kisbu f’diversi oqsma

 

Huwa semma kif ħafna Maltin irnexxew barra minn pajjiżna f’oqsma bħall-mediċina u t-teknoloġija. Il-Ministru enfasizza l-importanza li Malta tkompli tibni rabtiet ma’ dawn il-professjonisti, filwaqt li tħeġġiġhom jaqsmu l-esperjenzi u l-għarfien tagħhom biex pajjiżna jkun jista’ jibbenefika mis-suċċessi tagħhom.

 

Huwa tenna wkoll l-importanza li jinżamm kuntatt kontinwu mal-komunitajiet Maltin barra minn Malta, biex il-ħtiġijiet u l-aspirazzjonijiet tagħhom jibqgħu jiġu mismugħa. Il-Ministru saħaq li l-ħidma tal-Gvern Malti għandha dejjem tħares l-interessi ta’ Malta u tal-Maltin, inkluż dawk li jgħixu lil hinn minn xtutna.

 

Matul il-laqgħa annwali, ġew diskussi l-ħidma li twettqet matul l-aħħar sena u l-prijoritajiet għall-futur. Il-Kunsill tenna l-impenn tiegħu li jkompli jsaħħaħ ir-rabtiet bejn Malta u l-komunitajiet Maltin barra minn pajjiżna.

 

Id-Direttur għas-Servizzi Konsulari u l-Maltin li Jgħixu Barra, Chirelle Ellul Sciberras, spjegat li din il-laqgħa annwali hija opportunità importanti biex rappreżentanti tad-dijaspora Maltija jiltaqgħu f’pajjiżna u jiddiskutu temi li jolqtu direttament lill-komunitajiet tagħhom.

 

Fost is-suġġetti diskussi kien hemm ukoll servizz ġdid tal-passaporti, li għandu l-għan li jagħmilha aktar faċli għall-Maltin li jgħixu barra minn pajjiżna biex jaċċessaw dawn is-servizzi, b’mod partikolari dawk li jinsabu ’l bogħod mill-missjonijiet diplomatiċi Maltin.

 

Il-laqgħa kompliet issaħħaħ id-djalogu bejn il-Ministeru u l-komunitajiet Maltin madwar id-dinja, bil-għan li r-rabta ma’ Malta tibqa’ ħajja u tissarraf f’aktar opportunitajiet ta’ kollaborazzjoni.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ  Il-Ministru Chris Fearne jindirizza t-18-il Laqgħa Annwali tal-Kunsill għall-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ  Il-Ministru Chris Fearne jindirizza t-18-il Laqgħa Annwali tal-Kunsill għall-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ  Il-Ministru Chris Fearne jindirizza t-18-il Laqgħa Annwali tal-Kunsill għall-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Is-saħħa mentali u l-benesseri fil-qalba tal-edukazzjoni – Il-Ministru Byron Camilleri jindirizza l-konferenza nazzjonali EduVoices 2026

PR262030

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Is-saħħa mentali u l...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Fi tmiem il-ġimgħa se jsiru l-pagamenti tal-iskemi tal-anomaliji għall-2026

PR262029

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA Fi tmiem il-ġ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow