Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Carlo Diacono mfakkar 150 sena minn twelidu b’kunċert taħt il-patroċinju tal-Ispeaker Carmelo Abela

PR261986
Date Icon 21/11/2026

L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati, Carmelo Abela, attenda l-kunċert Antiphonarium, li ttella’ taħt il-patroċinju tiegħu fil-Knisja Parrokkjali ta’ Santa Katarina fiż-Żejtun, fl-okkażjoni tal-150 anniversarju mit-twelid tal-kompożitur Malti Carlo Diacono.

Imwieled iż-Żejtun fl-1876, Carlo Diacono kien wieħed mill-aktar kompożituri distinti tal-mużika sagra Maltija. Minn età żgħira wera talent mużikali, studja taħt is-Surmast Paolino Vassallo u serva bħala organista fil-parroċċa taż-Żejtun. Tul il-karriera tiegħu mexxa l-Banda Beland, ikkompona l-opra L’Alpino, li ttellgħet fit-Teatru Rjal fl-1918, u nħatar Maestro di Cappella tal-Katidral u l-Konkatidral ta’ San Ġwann.

Il-kunċert, li ffoka fuq għażla ta’ antifoni komposti minn Diacono, offra opportunità biex jiġi apprezzat il-wirt mużikali sagru li ħalla warajh dan il-kompożitur Żejtuni.

Fl-indirizz tiegħu, l-Ispeaker Abela enfasizza l-importanza li l-wirt mużikali Malti jibqa’ jiġi mħares u mgħoddi lill-ġenerazzjonijiet futuri. Huwa esprima wkoll l-apprezzament personali tiegħu lejn il-mużika ta’ Diacono, li sa minn ċkunitu kellha post speċjali f’qalbu.

L-Ispeaker faħħar il-ħidma tal-Cappella Musicale Diacono, taħt id-direzzjoni tas-Surmast Ray Sciberras, u rringrazzja lill-mużiċisti, lill-kantanti u lil dawk kollha involuti fl-organizzazzjoni ta’ dan il-kunċert.

Huwa temm billi awgura li l-mużika ta’ Carlo Diacono tibqa’ tidwi minn ġenerazzjoni għal oħra bħala xhieda tal-għana tal-wirt kulturali u mużikali Malti.


STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  Carlo Diacono mfakkar 150 sena minn twelidu b’kunċert taħt il-patroċinju tal-Ispeaker Carmelo Abela
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  Carlo Diacono mfakkar 150 sena minn twelidu b’kunċert taħt il-patroċinju tal-Ispeaker Carmelo Abela
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  Carlo Diacono mfakkar 150 sena minn twelidu b’kunċert taħt il-patroċinju tal-Ispeaker Carmelo Abela
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  150th anniversary of Carlo Diacono’s birth commemorated with a concert under the patronage of Speaker Carmelo Abela

PR261986en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER 150th anniversary of Carlo Diac...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow