Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKA It-tieni attività tal-Kumitat ta’ Kuntatt dwar il-Migrazzjoni

PR261899
Date Icon 11/11/2026

Il-Migrazzjoni bħala Opportunità: Appoġġ għall-Futur Ekonomiku u Demografiku tal-Ewropa

 

Fl-10 u l-11 ta’ Novembru 2026, l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika (NAO) ta’ Malta se jospita t-tieni seminar konness mal-Attività dwar il-Migrazzjoni tal-Kumitat ta’ Kuntatt, bit-titlu Migration as an Opportunity: Supporting Europe’s Economic and Demographic Future. Għal dan l-avveniment se jipparteċipaw 35 rappreżentant fosthom minn 11-il Istituzzjoni Suprema tal-Verifika u istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea.

 

Din l-inizjattiva tifforma parti mill-ħidma tal-Kumitat ta’ Kuntatt tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Verifika tal-Unjoni Ewropea u l-Qorti Ewropea tal-Awdituri. Il-Kumitat ta’ Kuntatt, li huwa magħmul mill-Kapijiet u rappreżentanti tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Verifika tal-Istati Membri tal-UE u tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri, jipprovdi qafas ġenerali għall-kooperazzjoni u għall-iskambju ta’ għarfien u esperjenzi bejn l-Istituzzjonijiet Supremi tal-Verifika tal-UE. Fi ħdan dan il-qafas, attivitajiet speċifiċi u inizjattivi ta’ kollaborazzjoni jlaqqgħu flimkien rappreżentanti ta’ dawn l-istituzzjonijiet sabiex jiġu indirizzati kwistjonijiet ta’ interess komuni fuq livell Ewropew.

 

Il-laqgħa se tinfetaħ uffiċjalment mill-Awditur Ġenerali ta’ Malta, is-Sur Charles Deguara. Il-President tal-Qorti tal-Awdituri ta’ Spanja, is-Sinjura Enriqueta Chicano Jávega se tindirizza wkoll lill-parteċipanti. Il-Corte dei Conti tal-Italja, it-Tribunal de Cuentas ta’ Spanja u l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika ta’ Malta flimkien jiffurmaw il-Grupp Ewlieni tal-Attività dwar il-Migrazzjoni tal-Kumitat ta’ Kuntatt.

 

Is-seminar se jiffoka fuq il-migrazzjoni u kif hi fattur important li jafftettwa il-futur ekonomiku u demografiku Ewropew. Id-delegati se jiddiskutu kwistjonijiet ewlenin marbuta mal-integrazzjoni u l-inklużjoni tal-migranti, kif ukoll mal-koeżjoni soċjali, kemm mill-perspettiva Ewropea kif ukoll f’ kuntest Malti.

 

Kelliema ewlenin u membri tal-panels minn istituzzjonijiet prominenti se jaqsmu l-għarfien u l-perspettivi tagħhom, filwaqt li jikkontribwixxu għad-diskussjonijiet u jmexxu sessjonijiet interettivi ta’ ħidma. Dawn is-sessjonijiet se jwasslu għal diskussjoni aktar fil-fond fuq iż- żewġ temi ewlenin: il-Promozzjoni ta’ Integrazzjoni u Inklużjoni Effettiva tan-Nies minn Pajjiżi Terzi Immigranti u t-Tisħiħ tal-Koeżjoni Soċjali u Kif Nistgħu Nimmassimizzaw il-Benefiċċji Soċjoekonomiċi tal-Migrazzjoni.

 

Il-programm se jinkludi wkoll preżentazzjonijiet mill-Istituzzjonijiet Supremi tal-Verifika fejn se jiġu diskussi xogħol ta’ verifika, esperjenzi u prattiki mill-istituzzjonijiet rispettivi tagħhom.

 

 

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKA  It-tieni attività tal-Kumitat ta’ Kuntatt dwar il-Migrazzjoni
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKA  It-tieni attività tal-Kumitat ta’ Kuntatt dwar il-Migrazzjoni
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI

PR261911

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI  Inawgurata l-Librerija Pubblika tal-Imsida f’ambjent ġdid u aktar modern għall-istudenti u l-komunità

PR261910

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAL...

More Press Releases Right arrow