AVVIŻ MILL-AWTORITÀ GĦAS-SIGURTÀ TAL-IKEL
Skont il-Kap 649 tal-Att dwar l-Awtorità għas-Sigurtà tal-Ikel, u f'konformità mar-rwol tal-Awtorità li tassigura t-trasparenza u l-għarfien pubbliku dwar kwistjonijiet relatati mas-sigurtà tal-ikel, l-Awtorità qed tinforma lill-pubbliku bl-informazzjoni li rċeviet permezz tal- operatur. It-twissija tiddikjara li l-prodott imsemmi m'għandux jiġi kkunsmat peress li jista' jkun fih ammonti eċċessivi ta' biċċiet tal-għadam.
| Deskrizzjoni tal-Prodott: | “Frozen Chicken Mince" | |
| Ditta: | Chef's Choice | |
| Użin: | 400g | |
| Data tal-ippakkjar: | Data tad-Durabbiltà: | |
| 23.09.26 | 23.09.27 | |
| 05.10.26 | 05.10.27 | |
| 23.10.26 | 23.10.27 | |
Il-konsumatur m'għandux jikkonsma dan il-prodott u huwa mitlub jew jarmi l-prodott indikat jew jirritornah lura minn fejn xtrah.
Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista' jċempel lill-Awtorità għas-Sigurtà tal-Ikel fuq in-numru tat-telefown+356 26025000, mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn it-8:00 ta' filgħodu u t-3:00 ta' waranofsinhar, jew jibgħat email fuq l-indirizz info.fssa@gov.mt.
Stqarrijiet Oħra:
PR261901
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...
PR261900