Left arrow Go Back

AVVIŻ MILL-AWTORITÀ GĦAS-SIGURTÀ TAL-IKEL

PR261505
Date Icon 17/09/2026

Skont il-Kap 649 tal-Att dwar l-Awtorità għas-Sigurtà tal-Ikel, u f’konformità mar-rwol tal-Awtorità li tassigura t-trasparenza u l-għarfien pubbliku dwar kwistjonijiet relatati mas-sigurtà tal-ikel, l-Awtorità qed tinforma lill-pubbliku bl-informazzjoni li rċeviet permezz tas-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf (RASFF). Il-prodotti msemmija m’għandhomx jiġu kkunsmati minħabba li jista’ jkun fihom livelli għoljin tal-addittiv tal-ikel E422 (gliċerol).

Ammonti kbar ta’ gliċerol, speċjalment f’dan it-tip ta’ prodott, jistgħu jikkawżaw uġigħ ta’ ras, dardir u rimettar fi tfal żgħar.

Deskrizzjoni tal-Prodotti:

“Liquid Candy to freeze with fruits:

  • Strawberry Flavour
  • Lemon Flavour
  • Forest Fruits Flavour
  • Dracula Flavour"
Ditta:FROSTY POCKET
Volum Nett:150ml
Numru Tal-Lott: Lottijiet kollha
Data tad-durabbiltà:Dati kollha

Il-konsumatur m’għandux jikkonsma dan il-prodott u huwa mitlub jew jarmi l-prodott indikat jew jirritornah minn fejn xtrah. 

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lill-Awtorità għas-Sigurtà tal-Ikel fuq in-numru tat-telefown +356 26025000, mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn it-8:00 ta’ filgħodu u t-3:00 ta’ wara nofsinhar, jew jibgħat email fuq l-indirizz info.fssa@gov.mt.



AVVIŻ MILL-AWTORITÀ GĦAS-SIGURTÀ TAL-IKEL
AVVIŻ MILL-AWTORITÀ GĦAS-SIGURTÀ TAL-IKEL
AVVIŻ MILL-AWTORITÀ GĦAS-SIGURTÀ TAL-IKEL
AVVIŻ MILL-AWTORITÀ GĦAS-SIGURTÀ TAL-IKEL
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Enerġija affordabbli ma teżisti imkien ħlief f’Malta u l-garanzija tagħna tibqa’ prezzijiet tal-enerġija stabbli” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261912

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Enerġija affordabbli ma teżisti...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI

PR261911

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

More Press Releases Right arrow