Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Jingħata bidu għall-Youth Wellbeing Festival – xahar ta’ attivitajiet għaż-żgħażagħ

pr261497
Date Icon 16/09/2026

L-Aġenzija Żgħażagħ fi ħdan il-Ministeru għaż-Żgħażagħ, il-Benesseri u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali taw bidu għall-Youth Wellbeing Festival, xahar ta’ attivitajiet għaż-żgħażagħ.

Matul il-ftuħ tal-Festival, panel discussions magħmula minn diversi esperti u anke żgħażagħ, iddiskutew temi importanti dwar il-ħajja taż-żgħażagħ fosthom fuq x’impatt qed tħalli l-midja soċjali, fuq il-ħtieġa li kull żagħżugħ u żagħżugħa jħossuhom inklużi u parti sħiħa mis-soċjetà. Id-diskussjoni ffukat ukoll fuq xi rwol  għandhom il-familja, il-komunità, l-iskejjel u s-servizzi taż-żgħażagħ fil-ħolqien ta’ ambjenti fejn iż-żgħażagħ iħossuhom milqugħa, apprezzati u inklużi.

Ġie diskuss ukoll l-isfidi li jiltaqgħu magħhom iż-żgħażagħ waqt li jkunu għaddejjin minn tibdil tul iż-żgħożija tagħhom. Tqajmu diversi punti dwar kif iż-żgħażagħ jistgħu jiġu appoġġjati biex jiffaċċjaw dawn l-isfidi b’kunfidenza. Issemmew ukoll il-ħiliet u l-kwalitajiet li huma l-aktar importanti biex iż-żgħażagħ ikunu jistgħu jaddattaw għall-bidla u jieħdu deċiżjonijiet pożittivi għall-futur tagħhom.

Il-Ministru għaż-Żgħażagħ, il-Benesseri u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali Omar Farrugia qal li dan huwa parti mill-ħidma tal-Gvern li qed tiffoka fuq iż-żgħażagħ u l-wellbeing tagħhom, filwaqt li ssir diskussjoni fuq diversi temi li jaffaċċjaw iż-żgħażagħ ta’ kuljum. Huwa kompla li bħala parti minn dan il-Festival se jittellgħu xahar ta’ attivitajiet u diskussjoni fejn jisimgħu liż-żgħażagħ, jifhmu liż-żgħażagħ biex imbagħad jiddeċiedu fl-aħjar interess tagħhom u tal-futur tagħhom.

Min-naħa tiegħu, il-Kap Eżekuttiv ta’ Aġenzija Żgħażagħ Jason Zammit qal kif “dan ix-xahar se jkun xahar fejn iż-żgħażagħ jinvestu fil-benesseri tagħhom. Se jkun hemm diversi opportunitajiet differenti u minn hawn qed nistieden liż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin jidħlu fis-sit ta’ Aġenzija Żgħażagħ biex jaraw u jipparteċipaw f’dan il-programm.”

Il-President tal-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ Cherise Sultana qalet li “huwa importanti li nieħdu ħsieb il-benesseri taż-żgħażagħ għax huma l-futur kif ukoll il-preżent tal-pajjiż.”

Għal aktar tagħrif wieħed jista’ jżur https://youth.gov.mt.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Jingħata bidu għall-Youth Wellbeing Festival – xahar ta’ attivitajiet għaż-żgħażagħ
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Jingħata bidu għall-Youth Wellbeing Festival – xahar ta’ attivitajiet għaż-żgħażagħ
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Jingħata bidu għall-Youth Wellbeing Festival – xahar ta’ attivitajiet għaż-żgħażagħ
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Enerġija affordabbli ma teżisti imkien ħlief f’Malta u l-garanzija tagħna tibqa’ prezzijiet tal-enerġija stabbli” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261912

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Enerġija affordabbli ma teżisti...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI

PR261911

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

More Press Releases Right arrow