Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL

PR240617
Date Icon 18/04/2024

Il-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal jiċħad allegazzjonijiet li saru mill-Partit Nazzjonalista dwar proċessi ta' investigazzjoni fuq abbuż ta' benefiċċji soċjali. Kien l-istess Ministeru, li minnufih wara rapport għand il-Pulizija mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru, ikkopera mal-investigaturi fuq il-każijiet.

Il-Ministeru dejjem wera koperazzjoni totali waqt dawn l-istess investigazzjonijiet, u kommess li jkompli jaħdem favur it-twettiq tal-ġustizzja.

Aktar minn hekk kien il-Ministeru stess li kkummissjona r-rapport Mizzi, u ntrabat ukoll li jimplimenta r-rakkomandazzjonijiet li ħarġu mill-istess rapport ippubblikat.

Il-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal ser jibqa' jaħdem biex jamministra l-ikbar nefqa soċjali ta' kull żmien, li qed tmur biex issaħħaħ il-livell ta' għajxien tal-familji u l-pensjonanti kollha.

Għaldaqstant kommessi li nkomplu nsaħħu l-livell u l-qagħda soċjali ta' pajjiżna, filwaqt li m'aħna ser inħallu lil ħadd jirkeb fuq karrijiet politiċi sabiex ixekkel din il-ħidma tanġibbli riflessa fil-bwiet tal-Maltin u l-Għawdxin.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME  Malta Miegħek: Funding increased for music education in band clubs and voluntary organisations working with youths

PR261930en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION O...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Malta Miegħek: Jiżdiedu l-għotjiet għat-tagħlim tal-mużika fil-każini tal-banda u għall-għaqdiet volontarji li jaħdmu fost iż-żgħażagħ

PR261930

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI T...

Aktar Stqarrijiet Right arrow