Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA U R-RIFORMA TAS-SETTUR TAL-KOSTRUZZJONI L-Għaqda Studenteska ELSA b’kunċett ġdid ta’ dibattitu ispirat mill-Università ta’ Oxford

pr240613
Date Icon 18/04/2024

Il-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni Jonathan Attard ilbieraħ filgħaxija laqqa' fil-Ministeru lill-Għaqda Studenteska ELSA Malta sabiex ittella' għall-ewwel darba Union Debate.

“Kien ta' pjaċir għalina li nappoġġjaw l-inizjattiva ta' grupp ta' studenti Maltin li b'impenn ifformulaw għall-ewwel darba dan id-dibattitu li kien l-ewwel wieħed tat-tip tiegħu. Dan huwa dak li nfissru meta ngħidu li bħala gvern aħna nemmnu fl-ideat taż-żgħażagħ. L-aspirazzjonijiet tagħhom jimlewna bil-kuraġġ biex inkomplu noffru iżjed opportunitajiet," saħaq il-Ministru Attard.

Waqt dan l-Union Debate, li huwa kunċett ispirat mill-Università ta' Oxford, grupp ta' studenti fil-kors tal-liġi flimkien ma' professjonisti legali pparteċipaw f'dibattitu fuq is-sistema elettorali ta' Malta. F'dan id-dibattitu ġew ikkontestati ideat varji dwar jekk is-sistema elettorali Maltija hijiex waħda ġusta rappreżentattiva u proporzjonata.

Il-Ministru Attard innota dwar il-ħtieġa li bħala nazzjon inkunu miftuħin għall-espressjoni t'ideat ġodda, b'mod speċjali ta' kif it-teknoloġija tista' tgħinna fi proċessi elettorali fejn tista' ttejjeb ferm l-effiċjenza.

Dan id-dibattitu ġie presedut mill-Avukat Dr Stefano Filletti, President Onorarju tal-istess għaqda u Lettur fi ħdan l-Università ta' Malta.

Fi tmiem id-dibattitu l-Ministru Jonathan Attard ippreżenta trofew kommemorattiv lil kull membru tal-Bord tal-Ispeakers.

Għal dan id-dibattitu kien hemm preżenti wkoll il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Ġustizzja Karol Aquilina u d-Dekan tal-Fakultà tal-Liġi Dr Ivan Mifsud.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA U R-RIFORMA TAS-SETTUR TAL-KOSTRUZZJONI L-Għaqda Studenteska ELSA b’kunċett ġdid ta’ dibattitu ispirat mill-Università ta’ Oxford
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA U R-RIFORMA TAS-SETTUR TAL-KOSTRUZZJONI L-Għaqda Studenteska ELSA b’kunċett ġdid ta’ dibattitu ispirat mill-Università ta’ Oxford
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA U R-RIFORMA TAS-SETTUR TAL-KOSTRUZZJONI L-Għaqda Studenteska ELSA b’kunċett ġdid ta’ dibattitu ispirat mill-Università ta’ Oxford
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA U R-RIFORMA TAS-SETTUR TAL-KOSTRUZZJONI L-Għaqda Studenteska ELSA b’kunċett ġdid ta’ dibattitu ispirat mill-Università ta’ Oxford
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME  Malta Miegħek: Funding increased for music education in band clubs and voluntary organisations working with youths

PR261930en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION O...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Malta Miegħek: Jiżdiedu l-għotjiet għat-tagħlim tal-mużika fil-każini tal-banda u għall-għaqdiet volontarji li jaħdmu fost iż-żgħażagħ

PR261930

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI T...

Aktar Stqarrijiet Right arrow