Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL: BUŻŻ NATURALI – Kampanja ta’ għarfien mis-Sedqa kontra l-vizzji

PR240606
Date Icon 17/04/2024

L-Aġenzija Sedqa nediet kampanja ta’ informazzjoni, ta’ għarfien u ta’ prevenzjoni, immirata l-aktar lejn l-adoloxxenti u ż-żgħażagħ sabiex iżommu ‘l bogħod mill-użu ta’ sustanzi illeċiti.

Il-Kampanja ‘Bużż Naturali’ hija intiża li twassal messaġġ ċar dwar l-importanza li persuna tieħu pjaċir mingħajr il-bżonn ta’ sustanzi li jibdlu l-imġiba u l-emozzjonijiet għal ftit ħin, iżda jkabbru l-problema tal-individwu ma’ dak il-ħin li tieqaf taħdem is-sustanza.

Din il-kampanja, li se tkun mifruxa matul ix-xahrejn li ġejjin, qed tiġi reklamata minn numru ta’ influencers lokali li qed jieħdu sehem fi clips qosra li se jittellgħu fuq il-mezzi soċjali ta’ Sedqa Malta.

Dawn id-dettalji tħabbru waqt konferenza tal-aħbarijiet mill-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal, Michael Falzon, li qal li permezz ta’ din il-kampanja qed jiżdied l-għarfien dwar il-vizzji sabiex kemm jista’ jkun jonqos in-numru ta’ persuni dipendenti fuq id-droga.

“F’din il-kampanja qed niffukaw l-aktar fuq realtajiet problematiċi li jiffaċċjaw iż-żgħażagħ fil-ħajja tagħhom u se nwasslu l-messaġġi primarjament permezz ta’ filmati fuq il-midja soċjali,” spjega l-Ministru Michael Falzon. 

Il-kampanja ‘Bużż Naturali’ se tiffoka fuq attivitajiet ta’ divertiment alternattivi bħala mezz ta’ sapport għall-individwi biex ikampaw f’sitwazzjonijiet diffiċli. L-Aġenzija Sedqa temmen li huwa importanti li jesebixxu passatempi aktar b’saħħithom u sodisfaċenti, sabiex jinkoraġġixxu lill-individwi biex jesploraw metodi alternattivi għall-użu tas-sustanzi jew vizzji oħra.

Min-naħa tiegħu, il-Kap Eżekuttiv tal-FSWS, Alfred Grixti, tkellem dwar divertiment alternattiv li jippromwovi r-rilassament, it-tgawdija, u t-tkabbir personali mingħajr l-effetti ta’ ħsara assoċjata mal-vizzji. “Billi nippromwovu divertiment alternattiv, l-Aġenzija Sedqa tagħmel ħilitha sabiex tipprovdi lill-individwi modi kostruttivi biex jokkupaw il-ħin tagħhom u jiffukaw l-enerġija tagħhom b’mod san,” temm jgħid is-Sur Grixti. 

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL: BUŻŻ NATURALI – Kampanja ta’ għarfien mis-Sedqa kontra l-vizzji
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL: BUŻŻ NATURALI – Kampanja ta’ għarfien mis-Sedqa kontra l-vizzji
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL: BUŻŻ NATURALI – Kampanja ta’ għarfien mis-Sedqa kontra l-vizzji
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL: BUŻŻ NATURALI – Kampanja ta’ għarfien mis-Sedqa kontra l-vizzji
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME  Malta Miegħek: Funding increased for music education in band clubs and voluntary organisations working with youths

PR261930en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION O...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Malta Miegħek: Jiżdiedu l-għotjiet għat-tagħlim tal-mużika fil-każini tal-banda u għall-għaqdiet volontarji li jaħdmu fost iż-żgħażagħ

PR261930

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI T...

More Press Releases Right arrow