Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR Malta ssejjaħ għall-ekwità bejn il-pajjiżi Ewropej biex tkun aċċertata transizzjoni ekoloġika ta’ suċċess

pr240351
Date Icon 05/03/2024

Waqt il-Kunsill tal-Enerġija li qed jitlaqqa’ fi Brussell, Malta, permezz tal-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir Miriam Dalli, enfasizzat l-importanza li tkun żgurata ekwità fost l-Istati Membri kollha tal-Unjoni Ewropea, biex l-ebda Stat Membru ma jitħalla lura. Il-Ministri Ewropej kienu qed jiddibattu t-transizzjoni l-ħadra (green transition), b’Malta timbotta ’l quddiem il-messaġġ li l-ebda pajjiż m’għandu jitħalla waħdu, speċjalment meta jiġu kkunsidrati r-realtajiet differenti ta’ kull pajjiż, inkluż gżira bħalma hi Malta.

Il-Ministru Miriam Dalli kienet qed tirreferi għall-ħtieġa li jiġu stabbiliti flessibiltajiet biex b’hekk ikun immassimizzat il-potenzjal tar-rinnovabbli, filwaqt li fl-istess ħin ikunu rikonoxxuti r-realtajiet differenti tal-pajjiżi. 

F’dan ir-rigward il-Ministru Dalli saħqet dwar l-importanza ta’ interkonnessjonijiet bejn il-pajjiżi, inkluż għall-elettriku u għall-idroġenu aħdar (green hydrogen), hekk kif Malta wkoll trid tiżgura l-possibilitajiet kollha biex ikollha aċċess għall-enerġija nadifa.

Il-Kunsill tal-Enerġija ddiskuta wkoll il-ħażna tal-enerġija, fejn il-Ministru Dalli tenniet il-ħtieġa ta’ aktar flessibilità rigward id-Disinn tas-Suq tal-Elettriku (Electricity Market Design) għal investimenti f’Sistemi tal-Ħażna tal-Enerġija tal-Batterija għal pajjiżi Ewropej li huma iżolati. 

Malta insistiet li jiġi ffaċilitat l-iżvilupp tar-rinnovabbli biex tiġi żgurata t-transizzjoni tal-enerġija u l-importanza li jkun hemm il-ftehimiet u kollaborazzjoni meħtieġa ma’ pajjiżi terzi. Barra minn hekk, il-Kummissjoni trid tħares ukoll li jkun hemm proposti li jifhmu li mhux kull pajjiż jista’ jimplimenta kull politika proposta, b’eżempju bħal Malta, li għandha spazju limitat ta’ art. Kien hawnhekk li fakkret li Malta qed tesplora teknoloġiji ta’ floating offshore, li jeħtieġu investiment sostanzjali. Għalhekk, appellat għal aktar appoġġ, f’termini ta’ fondi u investimenti fir-riċerka u l-iżvilupp biex jiġu żviluppati t-teknoloġiji neċessarji.

Il-Ministri tal-Enerġija ddiskutew ukoll it-tħejjija ġenerali tal-UE għax-xitwa 2024-2025 fid-dawl ta’ żviluppi ġeopolitiċi bħall-gwerra fl-Ukrajna, il-kunflitt fil-Lvant Nofsani u s-sitwazzjoni fil-Baħar l-Aħmar.

Fi Brussell, il-Ministru Miriam Dalli ħadet sehem ukoll f’laqgħa tal-Friends of Renewables organizzata mill-Awstrija u l-Ġermanja.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR Malta ssejjaħ għall-ekwità bejn il-pajjiżi Ewropej biex tkun aċċertata transizzjoni ekoloġika ta’ suċċess
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR Malta ssejjaħ għall-ekwità bejn il-pajjiżi Ewropej biex tkun aċċertata transizzjoni ekoloġika ta’ suċċess
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċett ġdid minn Savina Artisan Centre li jgħaqqad l-arti taċ-ċikkulata mal-esperjenza gastronomika Għawdxija

PR261933

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi nofs miljun ewro f’10 proġetti ta’ playing fields u spazji ta’ rikreazzjoni f’Malta u Għawdex

PR261932

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi n...

Aktar Stqarrijiet Right arrow