Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Aktar ħidma biex tiġi indirizzata l-obeżità

pr240346
Date Icon 04/03/2024

Propju fil-Jum Dinji t'għarfien dwar l-Obeżità, ġiet indirizzata konferenza tal-aħbarijiet mill-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela u s-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva Malcolm Paul Agius Galea, li matulha ssemmew numru ta' inizjattivi li pajjiżna qed jieħu biex tiġi indirizzata l-isfida tal-obeżità.

Ġie spjegat li huwa stmat li hawn 'il fuq minn 250,000 persuna li jbatu minn piż żejjed u għaddejja ħidma biex tiġi indirizzata din l-isfida, filwaqt li tiġi offruta l-għajnuna neċessarja. Issemma wkoll kif il-Gvern diġà qed joffri numru ta' servizzi biex jgħin persuni li jbatu mill-obeżità, u għaddejja ħidma biex ikomplu jikbru dawn is-servizzi speċjalizzati u ffukati skont il-bżonnijiet tal-individwu. Għaddejja ħidma ukoll biex tiġi imnedija strateġija nazzjonali biex tkompli tindirizza din l-isfida li dejjem qed tikber. 

Il-Ministru Jo Etienne Abela qal kif permezz ta' dan il-jum dinji qed ikompli jiżdied l-għarfien dwar l-obeżità. Semma kif l-obeżità tolqot lil kullħadd, minn tfal sa kbar, u enfasizza fuq l-importanza tal-prevenzjoni. “L-obeżità u dijabete jimxu id f'id u qed naħdmu bi prijorità fuq il-prevenzjoni tagħhom. Illum jeżistu mediċini u operazzjonijiet li wieħed jista' juża biex jindirizza dawn il-kundizzjonijiet. Kommessi li nkomplu ninvestu aktar sabiex jiżdied l-għarfien u jittieħdu miżuri biex inkomplu nipprevjenu din il-kundizzjoni," temm jgħid il-ministru. 

Is-Segretarju Parlamentari Malcolm Paul Agius Galea semma kif l-obeżità tolqot ukoll l-anzjani fejn taffettwa numru ta' kundizzjonijiet li jimpattaw is-saħħa tagħhom. “Nemmen li huwa importanti ħafna li ninvestu u nipprovdu tagħlim fuq l-ikel kemm fl-anzjani kif ukoll fil-ġenerazzjoni iżgħar. Permezz ta' tibdiliet żgħar wieħed jista' jibqa' jgawdi l-istess tip ta' ikel imma jkun qed isegwi ħajja iktar sana," temm jgħid is-segretarju parlamentari.

Is-Supretendent tas-Saħħa Prof. Charmaine Gauci saħqet li l-obeżità hija sfida globali tas-saħħa li taffettwa miljuni ta' nies u semmiet kif f'Malta għandna ċifri għolja ta' piż żejjed u obeżità. Hija enfassizat l-importanza tal-prevenzjoni biex tiġi indirizzata din l-isfida.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Aktar ħidma biex tiġi indirizzata l-obeżità
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Aktar ħidma biex tiġi indirizzata l-obeżità
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Aktar ħidma biex tiġi indirizzata l-obeżità
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċett ġdid minn Savina Artisan Centre li jgħaqqad l-arti taċ-ċikkulata mal-esperjenza gastronomika Għawdxija

PR261933

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi nofs miljun ewro f’10 proġetti ta’ playing fields u spazji ta’ rikreazzjoni f’Malta u Għawdex

PR261932

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi n...

More Press Releases Right arrow