Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-UGWALJANZA U R-RIFORMI Imnedija kampanja edukattiva msejsa fuq il-prinċipji ta’ harm reduction

pr240345
Date Icon 04/03/2024

F'laqgħa mal-ġurnalisti indirizzata mill-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal Michael Falzon  u mis-Segretarju Parlamentari għall-Ugwaljanza u r-Riformi Rebecca Buttigieg tħabbret kampanja oħra ta' informazzjoni dwar l-użu responsabbli tal-kannabis. Waqt il-laqgħa ngħataw dettalji dwar il-ħidma preventiva konġunta tal-Awtorità għall-Użu Responsabbli tal-Kannabis u s-Sedqa. 

Il-Ministru Michael Falzon enfasizza li l-Gvern ser ikompli jippromwovi kampanji ta' edukazzjoni kontra l-abbuż ta' kull droga. “Aħna qegħdin hawn biex inkomplu nilħqu anke lil dawk il-persuni li jeħtieġu għajnuna. Għandna servizzi b'saħħithom li kapaċi jgħinu persuna terġa' tqum fuq saqajha", stqarr il-Ministru Michael Falzon.

Min-naħa tagħha, is-Segretarju Parlamentari Rebecca Buttigieg saħqet li l-iskop tal-liġi dwar l-użu responsabbli tal-kannabis huwa li tnaqqas il-ħsara lill-adulti li jagħmlu użu responsabbli billi tevitalhom komplikazzjonijiet għas-saħħa b'kannabis sintetika jew kontaminata, tikkumbatti liċ-ċrieki kriminali tat-traffikanti tad-droga, u tipproteġihom milli jispiċċaw il-ħabs u b'tebgħa fil-kondotta. Innutat li l-Ġermanja qiegħda tadotta dan il-mudell b'inqas restrizzjonijiet milli tipprovdi l-liġi Maltija.

“Minkejja dan, sfortunatament xorta hemm ħafna miżinformazzjoni dwar x'tgħid il-liġi tagħna u għalhekk matul il-ġimgħat li ġejjin ser issir kampanja ta' informazzjoni biex kulħadd ikun jaf l-iskopijiet tal-liġi u biex nassiguraw li l-komunità tkun imħarsa minn kull abbuż," qalet is-Segretarju Parlamentari Buttigieg.

Iċ-Chairperson Eżekuttiv tal-Awtorità għall-Użu Responsabbli tal-Kannabis (ARUC) Leonid McKay qal li sal-lum l-awtorità investiet aktar minn miljun ewro għal kampanji ta' prevenzjoni u f'għajnuna diretta lis-Sedqa li bis-saħħa ta' din l-għajnuna setgħet iżżid il-programmi edukattivi tagħha kemm fl-iskejjel kif ukoll fil-komunità. Is-Sur McKay spjega li bħalissa hemm tliet assoċjazzjonijiet li huma liċenzjati biex jipprovdu sa seba' grammi kuljum ta' kannabis lill-membri adulti tagħhom. Żied jgħid li dan isir biss minn ċentri tal-assoċjazzjonijiet liċenzjati li lanqas huma indikati b'tabella, għaliex reklamar mhuwiex permissibbli.

Is-Sur McKay spjega li din il-kannabis hija ttestjata u d-distribuzzjoni tagħha ssir biss f'pakketti jew f'kontenituri li fihom diversi twissijiet lill-utenti fosthom li l-kannabis tagħmel ħsara lis-saħħa, li ma tistax tintuża jekk il-persuna ser issuq u jew waqt it-tqala. It-tabella tagħti wkoll informazzjoni dwar fejn wieħed jista' jfittex l-għajnuna jekk jiġi fil-bżonn.

Il-Manager tal-Prevenzjoni tas-Sedqa Jareth Grima qal li bis-saħħa tal-ftehim mal-ARUC, is-Sedqa żiedet ir-riżorsi u l-kampanji tagħha dwar il-prevenzjoni mill-vizzji. Qal li din is-sena l-uffiċjali tas-Sedqa għamlu programmi edukattivi ta' prevenzjoni fost aktar minn 12-il elf student kif ukoll f'50 kumpanija jew entità.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-UGWALJANZA U R-RIFORMI Imnedija kampanja edukattiva msejsa fuq il-prinċipji ta’ harm reduction
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-UGWALJANZA U R-RIFORMI Imnedija kampanja edukattiva msejsa fuq il-prinċipji ta’ harm reduction
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-UGWALJANZA U R-RIFORMI Imnedija kampanja edukattiva msejsa fuq il-prinċipji ta’ harm reduction
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċett ġdid minn Savina Artisan Centre li jgħaqqad l-arti taċ-ċikkulata mal-esperjenza gastronomika Għawdxija

PR261933

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi nofs miljun ewro f’10 proġetti ta’ playing fields u spazji ta’ rikreazzjoni f’Malta u Għawdex

PR261932

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi n...

Aktar Stqarrijiet Right arrow