STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FINANZI Riżultati finali u allokazzjoni ta’ sottoskrizzjonijiet minn investituri mhux professjonali – Stock tal-Gvern ta’ Malta – Frar 2024
B'referenza għall-Istqarrija għall-Istampa Nr. 240293 ippubblikata fit-23 ta' Frar 2024, id-Dipartiment tat-Teżor iħabbar ir-riżultati finali li jinkludu l-allokazzjoni tas-sottoskrizzjonijiet minn investituri mhux professjonali (retail) f'kull stock.
F'dan il-ħruġ, it-Teżor irċieva s-somma totali nominali ta' €510,895,600 minn investituri mhux professjonali u l-investituri wholesale flimkien, waqt li l-ammont tal-ħruġ kien ta' €270,000,000 soġġett li s-somma tiżdied b'ammont addizzjonali sa massimu ta' €130,000,000.
Sottoskrizzjonijiet minn Investituri Mhux Professjonali
Sad-data tal-għeluq fis-2.30 p.m. tal-Erbgħa 21 ta' Frar 2024, it-Teżor irċieva 3,821 applikazzjoni mill-membri tal-pubbliku fiż-żewġ Stocks tal-Gvern ta' Malta li jammontaw għal €107,995,600. Kif tħabbar diġà, dawn l-applikazzjonijiet li saru taħt il-parti mhux kompetittiva tal-ħruġ bi prezz fiss imħabbar minn qabel ġew aċċettati kollha.
Id-dettalji tal-applikazzjonijiet milqugħa u l-ammont aċċettat f'kull stock hu kif jidher hawn taħt:
| Deskrizzjoni tal-Istock | Numru ta' Applikazzjonijiet | Allokazzjoni Nominali (€) |
| 3.15% Stock tal-Gvern ta' Malta 2027 (VII) offrut lill-investituri mhux professjonali bil-prezz ta' €100.00 (par) | 1,331 | 31,917,000 |
| 3.35% Stock tal-Gvern ta' Malta 2029 (V) offrut lill- investituri mhux professjonali bil-prezz ta' €100.00 (par) | 2,490 | 76,078,600 |
| Total ta' sottoskrizzjonijiet minn investituri mhux professjonali (retail) | 3,821 | 107,995,600 |
Irkant Kompetittiv – Wholesale Investors
Sad-data tal-għeluq f'nofsinhar tal-Ġimgħa it-23 ta' Frar 2024, it-Teżor irċieva 70 offerta minn investituri wholesale fiż-żewġ stocks b'valur nominali flimkien ta' €402,900,000 li ġew allokati kif ġej:
| Deskrizzjoni tal-Istock | Numru ta' Applikazzjonijiet | Allokazzjoni Nominali (€) |
| 3.15% Stock tal-Gvern ta' Malta 2027 (VII) offrut lill-investituri mhux professjonali bil-prezz ta' €100.00 (par) | 1,331 | 31,917,000 |
| 3.35% Stock tal-Gvern ta' Malta 2029 (V) offrut lill- investituri mhux professjonali bil-prezz ta' €100.00 (par) | 2,490 | 76,078,600 |
| Total ta' sottoskrizzjonijiet minn investituri mhux professjonali (retail) | 3,821 | 107,995,600 |
* żewġ offerti ġew allokati parzjalment.
Aktar tagħrif u informazzjoni jinsabu fir-Riżultati tal-Ħruġ tal-Istock li ġew ippubblikati fuq is-sit elettroniku tad-Dipartiment tat-Teżor www.treasury.gov.mt.
Stqarrijiet Oħra:
PR261933
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċ...
PR261932