Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FINANZI Riżultati finali u allokazzjoni ta’ sottoskrizzjonijiet minn investituri mhux professjonali – Stock tal-Gvern ta’ Malta – Frar 2024

pr240334
Date Icon 01/03/2024

B'referenza għall-Istqarrija għall-Istampa Nr. 240293 ippubblikata fit-23 ta' Frar 2024, id-Dipartiment tat-Teżor iħabbar ir-riżultati finali li jinkludu l-allokazzjoni tas-sottoskrizzjonijiet minn investituri mhux professjonali (retail) f'kull stock.

F'dan il-ħruġ, it-Teżor irċieva s-somma totali nominali ta' €510,895,600 minn investituri mhux professjonali  u l-investituri wholesale flimkien, waqt li l-ammont tal-ħruġ kien ta' €270,000,000 soġġett li s-somma tiżdied b'ammont addizzjonali sa massimu ta' €130,000,000.

Sottoskrizzjonijiet minn Investituri Mhux Professjonali

Sad-data tal-għeluq fis-2.30 p.m. tal-Erbgħa 21 ta' Frar 2024, it-Teżor irċieva 3,821 applikazzjoni mill-membri tal-pubbliku fiż-żewġ Stocks tal-Gvern ta' Malta li jammontaw għal €107,995,600. Kif tħabbar diġà, dawn l-applikazzjonijiet li saru taħt il-parti mhux kompetittiva tal-ħruġ bi prezz fiss imħabbar minn qabel ġew aċċettati kollha.

Id-dettalji tal-applikazzjonijiet milqugħa u l-ammont aċċettat f'kull stock hu kif jidher hawn taħt:

Deskrizzjoni tal-IstockNumru ta' ApplikazzjonijietAllokazzjoni Nominali (€)
3.15% Stock tal-Gvern ta' Malta 2027 (VII) offrut lill-investituri mhux professjonali bil-prezz ta' €100.00 (par)1,33131,917,000
3.35% Stock tal-Gvern ta' Malta 2029 (V) offrut lill- investituri mhux professjonali bil-prezz ta' €100.00 (par)2,49076,078,600
Total ta' sottoskrizzjonijiet minn investituri mhux professjonali (retail)3,821107,995,600

Irkant Kompetittiv – Wholesale Investors

Sad-data tal-għeluq f'nofsinhar tal-Ġimgħa it-23 ta' Frar 2024, it-Teżor irċieva 70 offerta minn investituri wholesale fiż-żewġ stocks b'valur nominali flimkien ta' €402,900,000 li ġew allokati kif ġej: 

Deskrizzjoni tal-IstockNumru ta' ApplikazzjonijietAllokazzjoni Nominali (€)
3.15% Stock tal-Gvern ta' Malta 2027 (VII) offrut lill-investituri mhux professjonali bil-prezz ta' €100.00 (par)1,33131,917,000
3.35% Stock tal-Gvern ta' Malta 2029 (V) offrut lill- investituri mhux professjonali bil-prezz ta' €100.00 (par)2,49076,078,600
Total ta' sottoskrizzjonijiet minn investituri mhux professjonali (retail)3,821107,995,600

* żewġ offerti ġew allokati parzjalment.

Aktar tagħrif u informazzjoni jinsabu fir-Riżultati tal-Ħruġ tal-Istock li ġew ippubblikati fuq is-sit elettroniku tad-Dipartiment tat-Teżor www.treasury.gov.mt.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċett ġdid minn Savina Artisan Centre li jgħaqqad l-arti taċ-ċikkulata mal-esperjenza gastronomika Għawdxija

PR261933

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi nofs miljun ewro f’10 proġetti ta’ playing fields u spazji ta’ rikreazzjoni f’Malta u Għawdex

PR261932

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi n...

More Press Releases Right arrow