Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR Sejħiet għall-offerti ġodda li jinkoraġġixxu iżjed investiment fl-enerġija rinnovabbli

pr240331
Date Icon 29/02/2024

Il-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir flimkien mar-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma (REWS) qed joħorġu sejħiet għall-offerti ġodda għal investiment f'installazzjonijiet t'enerġija rinnovabbli ġodda, b'għotjiet aktar vantaġġużi u kapaċitajiet akbar.

Minn għada, ir-Regolatur se jkun qed jiftaħ il-proċess biex investituri privati jitfgħu l-offerti tagħhom għal installazzjonijiet t'enerġija rinnovabbli ta' daqs medju, b'kapaċità ta' bejn 40kWp sa massimu ta' 1MWp. Se jiftaħ ukoll sejħa separata għal sistemi b'kapaċità ikbar minn 1MWp.

Id-dettalji ta' dawn is-sejħiet tħabbru f'konferenza tal-aħbarijiet indirizzata mill-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir Miriam Dalli u l-Kap Eżekuttiv ta' REWS, Ing Marjohn Abela.

Għal proġetti ta' sistemi ta' bejn 40kWp u 1MWp, qed ikunu allokati kapaċità ta' 15MW. Dan ifisser enerġija rinnovabbli għal 5,500 dar, b'9,150 tunnellata inqas emissjonijiet tal-karbonju fis-sena.

Għal sistemi ikbar minn 1MWp, il-Gvern irdoppja l-allokazzjoni disponibbli, minn 19MW għal 38MW. Dan ifisser enerġija nadifa għal madwar 14,000 dar, b'23,000 tunnellata inqas emissjonijiet tal-karbonju fis-sena.

Ser joħorġu erba' sejħiet għall-offerti:

SejħaData tal-ftuħ tas-sottomissjonijietData tal-għeluq tas-sottomissjonijiet
1Il-Ġimgħa, 26 t'April 2024Il-Ġimgħa, 3 ta' Mejju 2024
2It-Tnejn, 17 ta' Ġunju 2024It-Tnejn, 24 ta' Ġunju 2024
3It-Tnejn, 26 t'Awwissu 2024It-Tnejn, 2 ta' Settembru 2024
4It-Tnejn, 4 ta' Novembru 2024It-Tnejn, 11 ta' Novembru 2024

Il-Ministru Miriam Dalli spjegat kif il-Gvern qed ikompli jinċentiva l-użu tar-rinnovabbli, kemm man-negozji, kif ukoll għall-familji. Dawn is-sejħiet għall-offerti qed jinkoraġġixxu aktar intrapriżi jinvestu fl-ekonomija l-ħadra bi proġetti li jikkontribwixxu għad-dekarbonizzazzjoni.

“Il-viżjoni ta' pajjiżna għas-settur tal-enerġija tinkludi investiment f'sistemi kbar t'enerġija rinnovabbli, fosthom dawk offshore. L-użu tal-baħar ser jgħinna nilħqu l-miri ambizzjużi sabiex niddekarbonizzaw il-pajjiż sal-2050. Madanakollu, is-sistemi rinnovabbli floating offshorehuwa biss parti waħda minn din it-tranżizzjoni ekoloġika li qed inwettqu, u l-investiment tal-familji u n-negozji f'sistemi t'enerġija rinnovabbli fuq l-art jibqa' importanti ħafna wkoll," qalet il-Ministru Miriam Dalli.

Permezz tas-sistemi installati bl-għajnuna ta' skemi u sejħiet differenti ta' REWS f'dawn l-aħħar erba' snin, Malta u Għawdex żiedu biżżejjed enerġija nadifa għal 32,000 dar, li jfisser 54,000 tunnellata inqas emissjonijiet tal-karbonju fis-sena.

Il-ġimgħa li għaddiet REWS ħabbret ukoll skemi t'għotjiet u feed-in tariffs għal familji u negozji li jinstallaw sistemi t'enerġija rinnovabbli iżgħar. L-ewwel skema, immirata għal djar u binjiet residenzjali oħra, toffri għotjiet sa massimu ta' €3,000 għal sistemi ta' pannelli fotovoltajċi, u sa €7,200 għal sistemi ta' ħażna t'enerġija nadifa bil-batteriji. Il-Gvern qed jirdoppja din l-għotja għall-batteriji, li s-sena l-oħra kienet tilħaq massimu ta' €3,600. Dawk li jinstallaw sistemi t'enerġija rinnovabbli b'din l-iskema jibbenefikaw ukoll minn garanzija ta' feed-in tariff ta' 10c5 għal kull unit (kWh) għal 20 sena.

REWS qed toħroġ ukoll skema għal familji u negozji li jixtiequ jinvestu f'sistemi t'enerġija rinnovabbli sa massimu ta' 40kWp mingħajr għotja, iżda b'feed-in tariff ta' 15c għal kull unit (kWh), għal 20 sena.

L-Inġinier Marjohn Abela qal li matul dawn is-snin, Malta għaddiet minn trasformazzjoni kbira fil-ġenerazzjoni tal-elettriku. Permezz ta' diversi inizjattivi u policies, żdied l-għarfien dwar sistemi sostenibbli li jiġġeneraw l-enerġija u b'hekk qed titħaffef it-tranżizzjoni lejn teknoloġiji aktar nodfa li fl-istess ħin jgħinu biex titnaqqas l-ispiża tal-enerġija għall-familji u n-negozji. Fl-istess waqt, dawn l-inizjattivi qed jgħinu lis-settur industrijali u kummerċjali jinvesti fir-rinnovabbli biex jiksbu aktar sorsi t'enerġija li ma jniġġsux fl-operat tagħhom.

Aktar informazzjoni dwar dawn l-inizjattivi t'enerġija rinnovabbli tinsab fis-sit rews.org.mt.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR Sejħiet għall-offerti ġodda li jinkoraġġixxu iżjed investiment fl-enerġija rinnovabbli
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċett ġdid minn Savina Artisan Centre li jgħaqqad l-arti taċ-ċikkulata mal-esperjenza gastronomika Għawdxija

PR261933

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi nofs miljun ewro f’10 proġetti ta’ playing fields u spazji ta’ rikreazzjoni f’Malta u Għawdex

PR261932

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi n...

Aktar Stqarrijiet Right arrow