Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ Il-Ministru Ian Borg jipparteċipa fil-konferenza ministerjali tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ f’Abu Dhabi

pr240314
Date Icon 27/02/2024

Fil-bidu tal-ġimgħa, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ Ian Borg mexxa delegazzjoni li pparteċipat fit-13-il konferenza ministerjali tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ li qed tittella' f'Abu Dhabi fl-Emirati Għarab Magħquda.

Matul din il-laqgħa internazzjonali, il-Ministru Ian Borg sostna li pajjiżna jemmen fl-irwol importanti li għandha l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ u s-sistema internazzjonali ta' regolamenti tal-kummerċ li din tirrappreżenta. “It-13-il laqgħa hija opportunità sabiex nagħmlu progress importanti fuq numru ta' temi kummerċjali essenzjali sabiex ikun hemm kummerċ aktar sostenibbli bejn il-164 pajjiż," qal il-Ministru Borg.

Il-Ministru enfasizza l-importanza ta' progress fuq is-sistema ta' riżoluzzjoni ta' tilwim li jinkludi mekkaniżmu ta' appell. Kompla jgħid kif huwa essenzjali li l-moratorju fuq tranżazzjonijiet elettroniċi tkun estiża għaliex din hi  prijorità biex jibqgħu jkunu protetti n-negozji żgħar u medji. Huwa fakkar ukoll kif Malta tapprezza li jkunu konklużi wkoll in-negozjati tal-arranġament li jindirizza s-sussidji tas-sajd.

Huwa kkonkluda billi qal li Malta tappoġġja l-ħidma li qed tiġi ppjanata għall-14-il Konferenza Ministerjali li se tkun qed issir fil-Kamerun.

Matul iż-żjara tiegħu fl-Emirati Għarab Magħquda, il-Ministru Borg iltaqa' mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin, ix-Sheikh Abdullah bin Zayed bin Sultan Al Nahyan. Matul din il-laqgħa ġew diskussi l-impatt fuq il-kummerċ li qed tkompli tħalli l-invażjoni Russa fl-Ukrajna kif ukoll l-instabbiltà fil-Lvant Nofsani b'mod partikolari fil-Baħar l-Aħmar, kawża tal-aħħar żviluppi  f'Gaża. Fuq kollox komplew jiġu mitkellma r-relazzjonijiet bilaterali bejn iż-żewġ pajjiżi, bil-għan li l-popli jkunu jistgħu jgawdu mill-ħidma li qed issir.

Il-Ministru Ian Borg kellu laqgħa wkoll mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Antigua u Barbuda Chet Greene.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ Il-Ministru Ian Borg jipparteċipa fil-konferenza ministerjali tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ f’Abu Dhabi
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ Il-Ministru Ian Borg jipparteċipa fil-konferenza ministerjali tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ f’Abu Dhabi
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ Il-Ministru Ian Borg jipparteċipa fil-konferenza ministerjali tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ f’Abu Dhabi
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ Il-Ministru Ian Borg jipparteċipa fil-konferenza ministerjali tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ f’Abu Dhabi
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċett ġdid minn Savina Artisan Centre li jgħaqqad l-arti taċ-ċikkulata mal-esperjenza gastronomika Għawdxija

PR261933

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi nofs miljun ewro f’10 proġetti ta’ playing fields u spazji ta’ rikreazzjoni f’Malta u Għawdex

PR261932

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi n...

More Press Releases Right arrow