Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Ippubblikata s-sejħa għall-offerti biex tinbena u titmexxa d-dar tal-anzjani ġdida f’Bormla

pr240313
Date Icon 27/02/2024

Il-Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva jħabbar li, hekk kif kien imwiegħed, ġiet ippubblikata s-sejħa għall-offerti biex isir ix-xogħol fuq id-dar tal-anzjani f'Bormla. 

L-għan hu li Bormla u l-Kottonera jkollhom dar tal-anzjani ġdida u tal-ogħla livell, kif jixraq u kif imwiegħed fil-manifest elettorali tal-gvern. 

Is-sena li għaddiet kienet ittieħdet id-deċiżjoni li l-anzjani li kienu jgħixu f'din id-dar ikunu rilokati biex tkun imħarsa s-saħħa u s-sigurtà tagħhom. Minnufih kompla x-xogħol biex titħejja sejħa għall-offerti li tkun il-bażi biex eventwalment isir dan il-proġett ta' fejda għall-anzjani bl-istandards li wieħed jistenna llum il-ġurnata. 

Fl-istadju tal-ippjanar, mhux biss ittieħdet f'kunsiderazzjoni l-kwalità tal-ħajja tal-anzjani, iżda ngħata wkoll importanza l-aspett ambjentali ta' dan il-proġett. B'hekk is-sejħa għall-offerti qed tirrikjedi li din id-dar tinbena bi standards għoljin favur aktar effiċjenza fl-użu tal-enerġija u qed tingħata importanza wkoll l-estetika tal-binja li tkun waħda li żżid il-valur taż-żona.

Iktar dettalji jinstabu fuq https://www.etenders.gov.mt/epps/cft/prepareViewCfTWS.do?resourceId=10896985.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċett ġdid minn Savina Artisan Centre li jgħaqqad l-arti taċ-ċikkulata mal-esperjenza gastronomika Għawdxija

PR261933

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi nofs miljun ewro f’10 proġetti ta’ playing fields u spazji ta’ rikreazzjoni f’Malta u Għawdex

PR261932

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi n...

Aktar Stqarrijiet Right arrow