Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI U AFFORDABBLI Inawgurat proġett ta’ riġenerazzjoni fiż-żona ta’ akkomodazzjoni soċjali fil-Marsa

PR240306
Date Icon 26/02/2024

Investiment ta' madwar €1.4 miljun li jfisser kwalità ta' ħajja aħjar għal 120 familja

Il-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli Roderick Galdes inawgura proġett ta' riġenerazzjoni li sar fiż-żona ta' akkomodazzjoni soċjali fil-lokalità tal-Marsa. Il-Ministru spjega kif b'investiment ta' madwar €1.4 miljun permezz ta' fondi Ewropej, 120 familja residenti f'din iż-żona, kif ukoll il-komunità tal-Marsa se jgawdu minn spazju miftuħ li se jfisser kwalità ta' ħajja aħjar.

“Kommessi li nkomplu l-ħidma sabiex kull ċittadin fil-pajjiż, irrispettivament miċ-ċirkostanzi, jgħix ħajja dinjituża mdawwar b'ambjent ta' kwalità. Dan il-kunċett qed nimmassimizzawh fil-prattika bi proġetti ta' tisbiħ li qegħdin nagħmlu f'żoni differenti ta' akkomodazzjoni soċjali fosthom fil-Marsa, il-Mosta u Santa Luċija," spjega l-Ministru Galdes.

Dan il-proġett hu kofinanzjat mill-Fond għall-Iżvilupp Reġjonali (ERDF). Il-proġett kien jikkonsisti f'riġenerazzjoni totali taż-żona, żieda fl-aċċessibbiltà permezz ta' rampi, tħawwil ta' siġar u sistema ta' panelli solari li se jkunu qed jiġġeneraw l-elettriku għal din iż-żona.

“L-impenn tagħna bħala Gvern mhux biss li nipprovdu saqaf diċenti u dinjituż imma wkoll li naraw li ż-żona ta' madwar il-binjiet ta' akkomodazzjoni soċjali tkun tista' titgawda mill-familji," temm jgħid il-Ministru Galdes.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI U AFFORDABBLI Inawgurat proġett ta’ riġenerazzjoni fiż-żona ta’ akkomodazzjoni soċjali fil-Marsa
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI U AFFORDABBLI Inawgurat proġett ta’ riġenerazzjoni fiż-żona ta’ akkomodazzjoni soċjali fil-Marsa
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI U AFFORDABBLI Inawgurat proġett ta’ riġenerazzjoni fiż-żona ta’ akkomodazzjoni soċjali fil-Marsa
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċett ġdid minn Savina Artisan Centre li jgħaqqad l-arti taċ-ċikkulata mal-esperjenza gastronomika Għawdxija

PR261933

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi nofs miljun ewro f’10 proġetti ta’ playing fields u spazji ta’ rikreazzjoni f’Malta u Għawdex

PR261932

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi n...

Aktar Stqarrijiet Right arrow