Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Il-President ta’ Malta George Vella jibda żjara uffiċjali fil-Litwanja

pr240302
Date Icon 26/02/2024

Il-President ta' Malta George Vella u s-Sinjura Miriam Vella ħallew Malta dalgħodu għal żjara uffiċjali fil-Litwanja fuq stedina tal-President tal-Litwanja, Gitanas Nausėda.

Matul iż-żjara, il-President Vella se jkollu laqgħa uffiċjali mal-President Nausėda fil-Palazz Presidenzjali f'Vilnius. L-impenji tal-President jinkludu wkoll laqgħat uffiċjali mal-Prim Ministru tal-Litwanja Ingrida Šimonytė u mal-Ispeaker tas-Seimas (il-Parlament tal-Litwanja) Viktorija Čmilytė-Nielsen.

Id-delegazzjoni tal-President ta' Malta fil-Litwanja tinkludi lis-Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali, Alicia Bugeja Said.

Sakemm il-President George Vella jkun il-Litwanja, il-Professur Frank Bezzina se jservi fil-kariga ta' Aġent President ta' Malta. Il-President u s-Sinjura Vella jiġu lura Malta nhar il-Ħamis 29 ta' Frar 2024.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċett ġdid minn Savina Artisan Centre li jgħaqqad l-arti taċ-ċikkulata mal-esperjenza gastronomika Għawdxija

PR261933

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi nofs miljun ewro f’10 proġetti ta’ playing fields u spazji ta’ rikreazzjoni f’Malta u Għawdex

PR261932

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi n...

Aktar Stqarrijiet Right arrow