Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Imniedi dokument ta' diskussjoni dwar l-estetika tal-bini propost f'Għawdex – Se jibda wkoll proċess sabiex f'Malta jiġu identifikati żoni li għandhom ukoll jinbnew bil-faċċati tal-franka

pr240299
Date Icon 24/02/2024

Waqt konferenza bit-titlu “Context Sensitive Design in Gozo" mtella' mill-Awtorità Reġjonali għall-Iżvilupp ta' Għawdex, il-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar Clint Camilleri qal li t-triq 'il quddiem issa hija li jibda proċess sabiex f'Malta jiġu identifikati żoni li għandhom ukoll jinbnew bil-faċċati bil-ġebla tal-franka. L-Awtorità  tal-Ippjanar diġà bdiet timplimenta bidla fil-policy hekk kif matul il-ġimgħa li għaddiet ħarġet ċirkolari fejn stqarret li l-bini f'Għawdex għandu jkollu faċċata magħmula mill-franka. Camilleri saħaq li dan hu pass meqjus iżda fadal xi jsir hekk kif id-dokument li qed tniedi l-Awtorità għall-Iżvilupp Reġjonali ta' Għawdex jelenka aktar miżuri li jistgħu jittieħdu u li jkunu ta' benefiċċju għat-tessut urban Għawdxi.

Fil-fatt, f'din l-istess konferenza kien hemm kunsens li Għawdex ghandu jkun distint minn Malta, b'ċerti policies speċifikament għal Għawdex li jmorru lil hinn mill-bini bil-ġebla tal-franka. B'rabta ma' dan, il-ġimgħa li għaddiet l-Awtorità tal-Ippjanar ħabbret li se titlob l-użu tal-ġebla tal-franka mhux biss fil-faċċata li tagħti għat-triq, iżda wkoll fil-faċċati ta' wara li jħarsu fuq ODZ. F'każ ta' applikazzjonijiet f'postijiet suġġetti għal kundizzjonijiet klimatiċi li jieklu l-ġebla, bħalma huma postijiet qrib xatt il-baħar, l-Awtorità tista' tikkunsidra materjali naturali alternattivi bi proprjetajiet viżwali u simili għall-franka, bħalma hu l-ġebel tal-qawwi jew travertin. Ta' min jinnota wkoll li bini pubbliku u żviluppi mhux residenzjali, żviluppi fuq skala medja u kbira u żviluppi industrijali fiż-żoni urbani ta' Għawdex ukoll ser ikollhom jimxu mal-istess kundizzjonijiet. Il-materjali u l-kuluri użati fl-aperturi u l-gallariji fuq il-faċċata tat-triq jew kull faċċata li tinsab fit-tarf tal-konfini tal-iżvilupp għandhom jintegraw bis-sħiħ mal-ġebla tal-franka.

Fost il-punti varji li ssemmew waqt id-diskussjoni, spikka li jiġi maħtur bord professjonali li jħares lejn l-estetika tal-iżvilupp propost. Il-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar fakkar ukoll f'numru ta' skemi u inizjattivi li minn żmien għal żmien jiġu mnedija minn entitajiet jew Ministeri rispettivi u dan biex jissaħħaħ il-karattru urban kemm f'Malta kif ukoll f'Għawdex. Huwa rrimarka li l-Gvern dejjem ta prijorità liż-żoni ta' konservazzjoni urbani f'Għawdex tant hu hekk li l-għajnuna li jagħti l-Gvern f'dan ir-rigward għal Għawdex, hija iktar minn dik ta' Malta. Il-Ministru Camilleri faħħar l-impenn tal-Awtorità għall-Iżvilupp Reġjonali t'Għawdex li ħadmet fuq dokument li għandu jixpruna 'l quddiem aktar tibdilet f'dan is-settur, u dan pari passu mal-Istrateġija għall-Iżvilupp t'Għawdex li nediet l-istess Awtorità ftit xhur ilu.

Min-naħa tiegħu, il-Kap Eżekuttiv tal-GRDA, is-Sur Mario Borg, ta ħarsa lejn ix-xejriet fil-qasam tal-iżvilupp f'Għawdex, kif jaħsbuha l-Għawdxin f'dan il-qasam u lejn xiex qed iħarsu għall-futur. Dan ħareġ minn stħarriġ li l-Awtorità wettqet fost l-Għawdxin stess. Tkellem ukoll il-Perit Godwin Agius, li ħadem fuq id-dokument li qed tippreżenta l-GRDA, fejn ta spjegazzjoni dettaljata tad-dokument li jinkludi miżuri speċifiċi biex l-industrija tal-iżvilupp f'Għawdex tkun aktar koerrenti u tirrispetta l-ambjent tal-gżira.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Imniedi dokument ta' diskussjoni dwar l-estetika tal-bini propost f'Għawdex – Se jibda wkoll proċess sabiex f'Malta jiġu identifikati żoni li għandhom ukoll jinbnew bil-faċċati tal-franka
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Imniedi dokument ta' diskussjoni dwar l-estetika tal-bini propost f'Għawdex – Se jibda wkoll proċess sabiex f'Malta jiġu identifikati żoni li għandhom ukoll jinbnew bil-faċċati tal-franka
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Imniedi dokument ta' diskussjoni dwar l-estetika tal-bini propost f'Għawdex – Se jibda wkoll proċess sabiex f'Malta jiġu identifikati żoni li għandhom ukoll jinbnew bil-faċċati tal-franka
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Imniedi dokument ta' diskussjoni dwar l-estetika tal-bini propost f'Għawdex – Se jibda wkoll proċess sabiex f'Malta jiġu identifikati żoni li għandhom ukoll jinbnew bil-faċċati tal-franka
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċett ġdid minn Savina Artisan Centre li jgħaqqad l-arti taċ-ċikkulata mal-esperjenza gastronomika Għawdxija

PR261933

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi nofs miljun ewro f’10 proġetti ta’ playing fields u spazji ta’ rikreazzjoni f’Malta u Għawdex

PR261932

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi n...

Aktar Stqarrijiet Right arrow