STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FINANZI U X-XOGĦOL Riżultati u l-Allokazzjoni tal-Ħruġ tal-Istock tal-Gvern ta' Malta – Frar 2024
Id-Dipartiment tat-Teżor iħabbar ir-riżultati tal-ħruġ tal-Istock tal-Gvern ta' Malta ta' Frar 2024. It-Teżor irċieva s-somma nominali ta' ftit anqas minn €511 miljun mill-investituri mhux professjonali u l-investituri wholesale flimkien, waqt li l-ammont tal-ħruġ kien ta' €270 miljun soġġett li s-somma tiżdied b'ammont addizzjonali sa massimu ta' €130 miljun.
Sottoskrizzjonijiet minn Investituri Mhux Professjonali (retail)
Sad-data tal-għeluq, fis-2.30 p.m. tal-Erbgħa, il-21 ta' Frar 2024, il-valur nominali tal-applikazzjonijiet kollha magħmula minn investituri mhux professjonali (retail) fiż-żewġ stocks kien ta' ftit anqas minn €108 miljun. Dawn l-applikazzjonijiet magħmula taħt il-parti mhux kompetittiva tal-ħruġ bi prezz fiss għal kull stock imħabbar qabel il-ftuħ tal-applikazzjonijiet intlaqgħu kollha.
Id-dettalji tal-allokazzjoni f'kull stock se jiġu ppublikati permezz ta' Stqarrija għall-Istampa u jittellgħu fuq is-sit elettroniku tat-Teżor immedjatament wara li l-applikazzjonijiet ikunu iċċertifikati konformi mat-termini tal-Prospett Ġenerali u ċ-Ċirkolari tal-Offerta.
It-Teżor ser jeżerċita d-dritt li jżid is-somma awtorizzata tal-ħruġ ta' €270 miljun b'konformità ma' Artikolu 9 taċ-Ċirkolari tal-Offerta ppublikata fid-9 ta' Frar 2024.
Għaldaqstant, it-Teżor ser jalloka l-offerti mitfugħa fl-irkant kif jidher aktar 'l isfel:
Irkant Kompettitiv – Wholesale Investors
Sad-data tal-għeluq, f'nofsinhar tal-Ġimgħa it-23 ta' Frar 2024, it-Teżor irċieva 70 offerta minn investituri wholesale fiż-żewġ stocks b'valur nominali flimkien ta' €402.9 miljun li ġew allokati kif ġej:
| Offerti sottomessi fl-Irkant | Allokazzjoni | |||
| Deskrizzjoni tal-iStock | Nr. | Ammont Nominali (€) | Nr. | Ammont Nominali (€) |
| 3.15% Stock tal-Gvern ta' Malta 2027 (VII) | 13 | 49,500,000 | 8 | 30,500,000 |
| 3.35% Stock tal-Gvern ta' Malta 2029 (V) | 57 | 353,400,000 | 44 | 260,650,000 |
| Total | 70 | 402,900,000 | 52 | 291,150,000 |
Aktar tagħrif u informazzjoni jinsabu fir-Riżultati tal-Ħruġ tal-iStock li ġew ippubblikati fuq is-sit elettroniku tad-Dipartiment tat-Teżor www.treasury.gov.mt.
Stqarrijiet Oħra:
PR261933
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċ...
PR261932