Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ Il-Ministru Ian Borg jindirizza l-Assemblea Parlamentari tal-OSCE

PR240287
Date Icon 23/02/2024

“Malta, bħala President tal-OSCE temmen f'sinerġija b'saħħitha bejn il-Gvernijiet u l-istrutturi Parlamentari tal-pajjiżi membri, dan bil-għan li naraw li din l-organizzazzjoni tibqa' tkun waħda effettiva u b'saħħitha." Sostna dan il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ u ċ-Chair-In-Office tal-OSCE Ian Borg waqt li kien qed jindirizza l-Assemblea Parlamentari tal-OSCE fi Vjenna, l-Awstrija.

L-Assemblea Parlamentari tal-OSCE hija istituzzjoni indipendenti li tiffoka fuq il-promozzjoni tad-djalogu u kooperazzjoni bejn il-parlamentari tal-istati membri tal-OSCE.

Għal darb'oħra, il-Ministru Borg ta rendikont taż-żmien diffiċli li għaddejja minnu l-OSCE u kif Malta qed taħdem biex tara progress. Huwa fakkar kif aktar minn qatt qabel, f'dinja u żminijiet turbulenti li qed ngħixu, hemm bżonn li l-OSCE tkun organizzazzjoni li tiffunzjona b'mod tajjeb u effettiv. Waqt l-indirizz tiegħu lil Assemblea Parlamentari tal-OSCE, il-Ministru Borg qal li l-potenzjal ta' din l-Assemblea huwa wieħed importanti ferm u tenna kif il-ħsibijiet tal-Parlamentari huma kritiċi.

Iċ-Chair-In-Office fakkar kif jumejn oħra d-dinja se tkun qed tfakkar sentejn mill-bidu tal-invażjoni Russa fl-Ukrajna u qal li l-waqfien ta' din il-gwerra se tibqa' tkun il-prijorità assoluta ta' din il-Presidenza. Huwa kompla jgħid kif kunflitti u tensjonijiet oħra fir-reġjun ukoll se jibqgħu jkunu fuq nett tal-aġenda tal-OSCE.

“Minkejja li ħadna t-tmexxija ta' din l-organizzazzjoni reċentement, xorta waħda ridna li nressqu 'l quddiem numru ta' prijoritajiet li jolqtu d-dimensjonijiet kollha tal-OSCE." Hawnhekk il-Ministru Borg kellu l-opportunità li jagħti rendikont tal-programm ta' ħidma tal-Presidenza Maltija bl-isem ta' 'Insaħħu r-reżiljenza. Inżidu s-sigurtà'.

Fil-marġini ta' din il-laqgħa, il-Ministru Borg kompla b'aktar laqgħat, fosthom mal-President u s-Segretarju Ġenerali tal-Assemblea Ġenerali Pia Kauma u Roberto Montella. Huwa kellu laqgħa wkoll mad-delegazzjoni Maltija li hija ffurmata mid-Deputati Amanda Spiteri Grech, Alex Muscat u Joe Giglio.

Il-Ministru Borg kellu wkoll numru ta' laqgħat interni fosthom mas-Segretarju Ġenerali tal-OSCE Helga Schmid u anke t-tim tar-Rappreżentanza Permanenti Maltija għall-OSCE.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ Il-Ministru Ian Borg jindirizza l-Assemblea Parlamentari tal-OSCE
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ Il-Ministru Ian Borg jindirizza l-Assemblea Parlamentari tal-OSCE
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ Il-Ministru Ian Borg jindirizza l-Assemblea Parlamentari tal-OSCE
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ Il-Ministru Ian Borg jindirizza l-Assemblea Parlamentari tal-OSCE
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċett ġdid minn Savina Artisan Centre li jgħaqqad l-arti taċ-ċikkulata mal-esperjenza gastronomika Għawdxija

PR261933

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi nofs miljun ewro f’10 proġetti ta’ playing fields u spazji ta’ rikreazzjoni f’Malta u Għawdex

PR261932

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi n...

Aktar Stqarrijiet Right arrow