STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER “L-imħabba mhux ser tonqsok, int miraklu ħaj,” Speaker Anġlu Farrugia
“L-imħabba mhux ser tonqsok, int miraklu ħaj," saħaq l-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati Anġlu Farrugia meta ltaqa' ma' Selah Hajras, it-tifla Palestinjana ta' tliet snin li flimkien ma' missierha Ashraf, inġiebet Malta għall-kura wara li spiċċat issofri minn ġrieħi gravi.
l-Ispeaker tenna li l-wasla ta' Selah f'Malta u l-kura li qed tingħata mhi xejn għajr imħabba u rispett lejn il-ħajja tal-bniedem mill-poplu Malti. Sfortunatament, din il-tifla ċkejkna u innoċenti spiċċat tilfet lil ommha u 'l ħuha li sfaw maqtula f'Gaża. Huwa saħaq li ma jistax jifhem kif biex pajjiż jiddefendi l-integrità territorjali jispiċċa jagħmel ħerba u jweġġa' serjament nies innoċenti inklużi tfal u lill-morda.
L-Ispeaker temm jgħid li filwaqt li llum nifirħu b'Selah li tinsab magħna u li dan huwa verament miraklu, għandna nkomplu ninsistu li d-djalogu għandu jibqa' l-aqwa arma biex tinstab soluzzjoni għall-kunflitt li għaddej bħalissa fil-Lvant Nofsani. L-armi u l-forza ma huma qatt is-soluzzjoni.
Selah Hajras u missierha Ashraf kienu akkumpanjati mill-Ambaxxatur tal-Palestina għal Malta, Fadi G.H. Hanania.
Stqarrijiet Oħra:
PR261933
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċ...
PR261932