Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Imnedija l-Istrateġija Nazzjonali għad-Dimensja 2024-2031

pr240271
Date Icon 20/02/2024

Ġiet imnedija l-Istrateġija Nazzjonali għad-Dimensja 2024-2031 bit-tema 'Nilħqu Livelli Ġodda'. Din l-istrateġija għandha l-għan li tkompli ttejjeb l-kwalità tas-servizzi u l-kwalità tal-ħajja ta' persuni li jgħixu b'din il-kundizzjoni. Din l-Istrateġija ġiet imnedija waqt konferenza tal-aħbarijiet mill-Ministru Jo Etienne Abela u s-Segretarju Parlamentari Malcolm Paul Agius Galea.

Ġie spjegat li din l-istrateġija hija kontinwazzjoni tal-ewwel strateġija nazzjonali għad-dimensja u tibni fuq il-progress li sar matul l-implimentazzjoni tagħha. F'din l-istrateġija ġew identifikati numru ta' oqsma ta' prijorità li għandhom jiġu implimentati biex ikomplu jgħinu lin-nies li jgħixu bil-kundizzjoni tad-dimensja u lil dawk li jieħdu ħsiebhom.

L-għan ta' din l-istrateġija huwa li jkompli jiżdied l-għarfien dwar id-dimensja; li jittieħdu aktar miżuri ta' prekawzjoni li jnaqqsu r-riskju li persuna tiżviluppa d-dimensja; tkompli titjib il-kwalità tal-ħajja ta' persuni li jgħixu bid-dimensja; li jkun hemm aktar taħriġ għall-persuni li jaħdmu ma' individwi bid-dimensja; li tissaħħaħ is-sistema ta' kura ħolistika li tpoġġi l-persuna fiċ-ċentru tal-pjan ta' kura; fost miżuri oħra.

Il-Ministru Jo Etienne Abela spjega kif saret analiżi tal-miri implimentati fl-ewwel strateġija kif ukoll twettqet riċerka dwar prattiċi ġodda. Minn din l-evalwazzjoni, ġew identifikati diversi oqsma t'azzjoni fl-istrateġija mnedija llum, sabiex jiġi indirizzat dak li pajjiżna jeħtieġ biex jilħaq livelli ġodda f'dan is-settur ta' kura. “Permezz ta' din l-istrateġija, ser inkomplu nwettqu l-viżjoni ta' dan il-gvern li nkomplu ntejbu is-servizzi li noffru li jwasslu għal kwalità ta' ħajja aħjar," temm jgħid il-Ministru Jo Etienne Abela.

Is-Segretarju Parlamentari Malcolm Paul Agius Galea tenna li hekk kif is-soċjetà tagħna qed tkompli tevolvi f'waħda b'popolazzjoni li qed tixjieħ dejjem aktar, is-servizzi tas-saħħa jeħtieġu li jadattaw skont dan. “Din l-istrateġija għandha twassal għal aktar titjib fil-kwalità tas-sistema ta' kura tas-saħħa ta' pajjiżna, kif ukoll fil-kwalità tal-ħajja tan-nazzjon tagħna," temm jgħid is-Segretarju Parlamentari Agius Galea.

L-Istrateġija Nazzjonali għad-Dimensja 2024-2031 tista' tiġi aċċessata hawn.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Imnedija l-Istrateġija Nazzjonali għad-Dimensja 2024-2031
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Imnedija l-Istrateġija Nazzjonali għad-Dimensja 2024-2031
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Imnedija l-Istrateġija Nazzjonali għad-Dimensja 2024-2031
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Imnedija l-Istrateġija Nazzjonali għad-Dimensja 2024-2031
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċett ġdid minn Savina Artisan Centre li jgħaqqad l-arti taċ-ċikkulata mal-esperjenza gastronomika Għawdxija

PR261933

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi nofs miljun ewro f’10 proġetti ta’ playing fields u spazji ta’ rikreazzjoni f’Malta u Għawdex

PR261932

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi n...

Aktar Stqarrijiet Right arrow