Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Xogħol impekkabbli f'Dar l-Impenn biex tassew isseħħ ġustizzja soċjali mingħajr ma jitħalla ħadd waħdu

pr240269
Date Icon 20/02/2024

Il-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal fakkar il-Jum Dinji għall-Ġustizzja Soċjali, prinċipju li kontinwament inebbaħ il-politika immirata lejn il-familji, iż-żgħir u dawk l-aktar vulnerabbli f'pajjiżna.

Propju f'dan il-Jum, il-Ministru Michael Falzon għamel żjara fiċ-ċentru mediku Dar l-Impenn, waħda mir-residenzi li tmexxi l-Fondazzjoni għas-Servizzi ta' Ħarsien Soċjali (FSWS), fejn għadhom kif tlestew xogħolijiet ta' rinnovazzjoni. Fi ħdan din ir-residenza hemm is-Substance Misuse In-Patient Unit (SMIPU), li tilqa' persuni b'dipendenza qawwija fuq sustanzi illeċiti u anke alkoħol, li jeħtieġu attenzjoni medika u dittosifikazzjoni mifruxa fuq perjodu ta' ġimgħa. 

L-SMIPU hija mħaddma minn infermier u care worker fuq bażi ta' 24 siegħa filwaqt li professjonisti oħra minn aġenziji differenti, bħal ħaddiema soċjali u terapisti jwettqu interventi regolari individwali kif ukoll f'gruppi. L-interventi f'Dar l-Impenn ikunu l-ewwel pass mill-fejqan tal-individwu jew il-kontinwazzjoni ta' proċess li diġà jkun beda.

Il-Ministru Michael Falzon qal li matul is-sena l-oħra, 195 persuna daħlu jieħdu l-kura hawnhekk, u 93% marru lura fil-komunità, filwaqt li l-kumplament tal-klijenti l-oħra komplew jieħdu kura f'xi residenza ta rijabilitazzjoni.

“Iż-żjara tal-lum hija xhieda tal-impenn tagħna biex tassew isseħħ ġustizzja soċjali mingħajr ma jitħalla ħadd waħdu. Din is-sena assistejna wkoll għall-ikbar baġit soċjali ta' kull żmien, li kompla jagħti stimolu lill-familji, il-pensjonanti, u dawk l-iktar vulnerabbli," stqarr il-Ministru Michael Falzon.

Il-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal kontinwament iħaddem riformi u miżuri ġodda biex jissaħħaħ il-qafas soċjali tal-pajjiż u tonqos l-esklużjoni soċjali.  Fil-maġġoranza tagħhom dawn kienu immirati biex itejbu l-kwalità tal-ħajja ta' anzjani u żgħażagħ, familji bit-tfal, pensjonanti u persuni vulnerabbli jew b'diżabilità. Dawn il-miżuri kienu sostnuti b'investiment soċjali li sal-2023 laħaq is-somma ta' €1.3 biljun, żieda ta' kważi €500 miljun fuq in-nefqa tal-2013.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Xogħol impekkabbli f'Dar l-Impenn biex tassew isseħħ ġustizzja soċjali mingħajr ma jitħalla ħadd waħdu
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Xogħol impekkabbli f'Dar l-Impenn biex tassew isseħħ ġustizzja soċjali mingħajr ma jitħalla ħadd waħdu
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Xogħol impekkabbli f'Dar l-Impenn biex tassew isseħħ ġustizzja soċjali mingħajr ma jitħalla ħadd waħdu
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Xogħol impekkabbli f'Dar l-Impenn biex tassew isseħħ ġustizzja soċjali mingħajr ma jitħalla ħadd waħdu
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċett ġdid minn Savina Artisan Centre li jgħaqqad l-arti taċ-ċikkulata mal-esperjenza gastronomika Għawdxija

PR261933

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi nofs miljun ewro f’10 proġetti ta’ playing fields u spazji ta’ rikreazzjoni f’Malta u Għawdex

PR261932

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi n...

Aktar Stqarrijiet Right arrow