Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAD-DJALOGU SOĊJALI Malta se tingħaqad fil-Koalizzjoni Globali għall-Ġustizzja Soċjali tal-ILO

pr240268
Date Icon 20/02/2024

Malta se tingħaqad fil-Koalizzjoni Globali għall-Ġustizzja Soċjali, li titmexxa mill-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO). F’din il-koalizzjoni, pajjiżna se jkun fuq il-mejda ma’ bosta pajjiżi internazzjonali, kemm mill-Unjoni Ewropea u anke mal-Istati Uniti, fost oħrajn, biex tippromwovi t-tisħiħ tal-ġustizzja soċjali għall-ħaddiema.

Dan tħabbar mis-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali Andy Ellul fl-okkażjoni tal-Jum Dinji għall-Ġustizzja Soċjali, fejn spjega li permezz ta’ din il-koalizzjoni pajjiżna se jikkontribwixxi b’mod attiv fuq fora internazzjonali biex ikompli jsaħħaħ il-ġustizzja soċjali għall-ħaddiema lokali u internazzjonali.

L-għan ta’ din il-koalizzjoni huwa, fost l-oħrajn, li jkomplu jinħolqu impjiegi aktar dinjitużi u jitnaqqsu l-abbużi fuq il-postijiet tax-xogħol. Dan il-pass ifisser li pajjiżna se jkompli jsaħħaħ id-djalogu soċjali, anki b’mod internazzjonali għall-ġid tal-ħaddiema Maltin u Għawdxin. 

Il-pajjiżi msieħba f’din il-koalizzjoni jikkollaboraw flimkien biex ikomplu jissalvagwardjaw id-drittijiet fundamentali tal-ħaddiema, b’dawn l-isforzi ikunu konformi mal-Għanijiet għall-Iżvilupp Sostenibbli (SDGs). Din il-kollaborazzjoni fuq skala globali se tkun strumentali fil-ħolqien ta' inizjattivi li jimbuttaw ’il quddiem il-ġustizzja soċjali. 

“Din il-koalizzjoni se sservi bħala forum biex flimkien noħolqu aktar inizjattivi tanġibbli għal impjiegi aktar diċenti u ġustizzja soċjali. Din għalhekk se tkompli ssaħħaħ l-isforzi ta’ pajjiżna biex jintlaħqu wkoll il-miri tal-Iżvilupp Sostenibbli,” temm jgħid is-Segretarju Parlamentari Andy Ellul.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAD-DJALOGU SOĊJALI Malta se tingħaqad fil-Koalizzjoni Globali għall-Ġustizzja Soċjali tal-ILO
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċett ġdid minn Savina Artisan Centre li jgħaqqad l-arti taċ-ċikkulata mal-esperjenza gastronomika Għawdxija

PR261933

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi nofs miljun ewro f’10 proġetti ta’ playing fields u spazji ta’ rikreazzjoni f’Malta u Għawdex

PR261932

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi n...

More Press Releases Right arrow