Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ: Il-Ministru Ian Borg jipparteċipa fil-Munich Security Conference

PR240257
Date Icon 18/02/2024

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ Ian Borg ipparteċipa fil-Munich Security Conference, meqjusa bħala l-akbar konferenza relatata mas-sigurtà internazzjonali.

Matul il-konferenza, il-Ministru Borg, anki fil-kapaċità tiegħu ta’ Chairperson-In-Office tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Koperazzjoni fl-Ewropa (OSCE), kellu numru ta’ laqgħat ma’ diversi mexxejja u Ministri għall-Affarijiet Barranin fosthom ma’ pajjiżi fejn joperaw missjonijiet tal-OSCE. Kien għalhekk li l-Ministru Borg iltaqa’ mal-Prim Ministru tal-Kosovo Albin Kurti u d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin Donika Gërvalla-Schwarz kif ukoll mal-President tas-Serbja Aleksandar Vučić u l-Ministru għall-Integrazzjoni Ewropea Tanja Miščević. Il-Ministru Borg huwa mistenni li jżur il-missjonijiet tal-OSCE f’dawn il-pajjiżi fil-ġimgħat li ġejjin għal iktar taħdidiet. 

Laqgħat oħra kienu mal-President tal-Azerbaijan Ilham Aliyev u l-Ministru għall-Affarijiet Barranin Jeyhun Bayramov kif ukoll mal-Prim Ministru tal-Armenja Nikol Pashinyan u l-Ministru għall-Affarijiet Barranin Ararat Mirzoyan fejn ġew diskussi l-aħħar żviluppi fir-reġjun u prospetti għall-ħidma għall-paċi bejn iż-żewġ pajjiżi. Id-diskussjonijiet iffukaw ukoll fuq il-ħidma tal-OSCE biex tiġi żgurata li l-ħidma għal-paċi u s-sigurtà fir-reġjun tiġi mħarsa u sostnuta bl-aħjar mod.

Il-Ministru Borg ltaqa’ wkoll mas-Segretarju għar-Relazzjonijiet mal-Istati u l-Organizzazzjonijiet Internazzjonali tal-Vatikan, Monsinjur Paul Gallagher kif ukoll mal-Ministri għall-Affarijiet Barranin tal-Ġeorġja Ilia Darchiashvili, tal-Moldova Mihai Popșoi, ta’ Andorra Imma Tor Faus, tal-Liechtenstein Dominique Hasler u tal-Albanija Igli Hasani. Matul dawn id-diskussjonijiet, il-Ministru Borg spjega l-ħidma internazzjonali ta’ Malta kemm fil-Kunsill tas-Sigurtà kif ukoll fl-OSCE fis-salvagwardja tal-prinċipji stabbiliti fl-Att Finali ta’ Ħelsinki u l-Karta ta’ Pariġi. Huwa kellu laqgħa qasira wkoll mal-Kap tas-Segretarjat tal-President tal-Ukrajna Andriy Yermak u ċ-Chief Rabbi Pinchas Goldschmidt. Borg ltaqa’ wkoll mal-Mexxej tal-Oppożizzjoni tal-Belarus Sviatlana Tsikhanouskaya.

Malta pparteċipat b’mod attiv f’diversi workshops u diskussjonijiet fejn fost l-oħrajn ġiet mitluba taqsam l-esperjenza tagħha ta’ pajjiż newtrali flimkien ma’ pajjiżi sieħba fosthom il-Prim Ministru Irlandiż kif ukoll l-iSpeaker tal-Parlament Awstrijak. L-irwol ta’ pajjiżi newtrali fil-kuntest internazzjonali tal-llum ġie eżaminat fil-kuntest ta’ realtajiet internazzjonali ġodda b’mod speċjali fid-dawl ta’ kunflitti li qed iwasslu għat-tnawwir tas-saltna tad-dritt internazzjonali u instabilità. Il-Ministru Borg tenna li n-newtralità attiva ta’ Malta għadha importanti u li l-pajjiż ser jibqa’ jkun forza proattiva ta’ paċi.

F’laqgħat u diskussjonijiet oħra, il-Ministru Borg enfasizza kif l-OSCE għad għanda rilevanza u kif ser tkompli tipprovdi pjattaforma għad-djalogu, tippromwovi l-istabbiltà u l-kooperazzjoni, u ttejjeb is-sigurtà fi u bejn l-Istati parteċipanti tagħha. Ċentrali fil-ħidma tal-Presidenza Maltija tal-OSCE tul din is-sena ser tkun it-tisħiħ tal-Organizzazzjoni.

Ma naqsitx diskussjoni dwar il-ħidma ta’ Malta favur il-pajjiżi ż-żgħar li qed jiżviluppaw. Il-Ministru Borg u l-kollega tiegħu tal-Maldivi, l-Ministru Moosa Zamer, qabblu li hemm bżonn iktar ħidma sabiex jiġi żgurat li l-raba konferenza internazzjonali tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw  li ser tiltaqa’ fl-aħħar ta’ Mejju f’Antigwa, fil-Karibew, tħalli l-frott mixtieq. Waqt il-Presidenza ta’ Malta fil-Kunsill tas-Sigurtà, Malta poġġiet fuq l-aġenda tal-istess Kunsill it-theddida tal-baħar li kulma jmur qed jgħola u jgħerreq territorji sħaħ b’mod speċjali ta’ pajjiżi żgħar. Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin huwa impenjat f’ħidma biex jappoġġja pajjiżi li qed jiżviluppaw sabiex jintrebħu sfidi li huma ta theddida għas-sigurtà u l-paċi tal-istess pajjiżi. Il-programmi li għaddejjin bħalissa huma fil-qasam tal-edukazzjoni, tas-saħħa, tal-ilma kif ukoll fil-ġbir ta’ statistika li tidentifika l-vulnerabbiltà ta’ dawn il-pajjiżi u kif dawn jistgħu jiġu megħjuna aħjar biex jegħlbu l-isfidi li jiffaċċjaw.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ: Il-Ministru Ian Borg jipparteċipa fil-Munich Security Conference
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ: Il-Ministru Ian Borg jipparteċipa fil-Munich Security Conference
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ: Il-Ministru Ian Borg jipparteċipa fil-Munich Security Conference
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ: Il-Ministru Ian Borg jipparteċipa fil-Munich Security Conference
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċett ġdid minn Savina Artisan Centre li jgħaqqad l-arti taċ-ċikkulata mal-esperjenza gastronomika Għawdxija

PR261933

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi nofs miljun ewro f’10 proġetti ta’ playing fields u spazji ta’ rikreazzjoni f’Malta u Għawdex

PR261932

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi n...

Aktar Stqarrijiet Right arrow