Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR L-Awtorità għall-Ippjanar tapprova l-permess għaż-żarmar tat-tankijiet tal-impjant ta’ San Luċjan

pr240254
Date Icon 17/02/2024

L-Awtorità għall-Ippjanar approvat il-permess għad-dekummissjonar tal-impjant ta' San Luċjan, bil-għan li jibda l-iżmantellar tat-tankijiet u t-tindif tal-faċilità li kienet tintuża għall-ħażna tal-Heavy Fuel Oil.

Issa li ħareġ il-permess, il-kumpanija Petromal se tkun qed toħroġ sejħa (tender) bil-għan li t-tankijiet ikunu żmantellati sal-aħħar ta' din is-sena.

Dan il-proċess huwa parti mill-pjanijiet għall-proġett tas-Siċċa, investiment ta' €40 miljun biex flok impjant għall-ħażna taż-żejt fin-Naħa t'Isfel ta' Malta jkun hemm proġett sostenibbli. 18,000 metru kwadru li se jagħti nifs ġdid lill-akwati, b'hub li jgħaqqad spazji ta' rikreazzjoni ma' investimenti fl-ekonomija l-ħadra u l-blu.

Tul dawn l-aħħar xhur, Petromal kienet għaddejja bil-preparazzjoni tal-proċess għat-twettiq tal-pjan ta' dekummissjonar, sabiex ix-xogħol isir b'mod sigur u b'ħarsien sħiħ tal-ambjent u l-komunitajiet li jgħixu fil-madwar.

Il-kumpanija Petromal lestiet il-pjan ta' dekummissjonar b'konsultazzjoni mal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi. Wara sejħa għall-offerti, intgħażlu wkoll il-kuntratturi għall-immaniġġjar u l-uffiċjali ta' saħħa u sigurtà meħtieġa sabiex dawn it-tnax-il tank jitnaddfu u jiżżarmaw. Wara saru studji tekniċi u ambjentali tal-art, sabiex ikun analizzat x'tip ta' dekontaminazzjoni hi meħtieġa.

Sadattant inħarġet ukoll is-sejħa għall-offerti biex jitnaddfu t-tankijiet minn waste oils u ħama.  Wara mbagħad ikun jista' jingħata bidu għat-tneħħija tat-tankijiet u infrastruttura anċillari. Dan ix-xogħol kollu se jkun qed issir skont il-permessi ambjentali meħtieġa.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR L-Awtorità għall-Ippjanar tapprova l-permess għaż-żarmar tat-tankijiet tal-impjant ta’ San Luċjan
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċett ġdid minn Savina Artisan Centre li jgħaqqad l-arti taċ-ċikkulata mal-esperjenza gastronomika Għawdxija

PR261933

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi nofs miljun ewro f’10 proġetti ta’ playing fields u spazji ta’ rikreazzjoni f’Malta u Għawdex

PR261932

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi n...

Aktar Stqarrijiet Right arrow