Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI

pr240250
Date Icon 16/02/2024

Il-Kurunell Mark Mallia għadu kemm ġie maħtur bħala l-Kap Eżekuttiv ta' Transport Malta b'effett immedjat. Dan wara li Jonathan Borg ta r-riżenja tiegħu li ġiet milqugħa mill-Ministru tat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi Chris Bonett.

Il-Ministru Chris Bonett rringrazzja lil Jonathan Borg għax-xogħol li wettaq fiż-żmien tiegħu bħala Kap tal-Awtorità filwaqt li awgura lil Kurunell Mallia għall-irwol il-ġdid tiegħu.

Il-Kurunell Mark Mallia hu gradwat mill-Università ta' Malta fil-Liġi u fil-Business Management, u ġej minn karriera twila fil-Forzi Armati ta' Malta fejn okkupa diversi pożizzjonijiet prominenti ta' responsabbiltà. Matul is-snin huwa kkoordina wkoll diversi kampanji filantropiċi nazzjonali bħal L-Istrina u Special Olympics Invitational Games Malta 2022, u serva bħala Kmandant tal-Assoċjazzjoni San Ġwann, Malta bejn l-2014 u l-2023.

F'dawn l-aħħar snin, Mark Mallia okkupa l-kariga ta' Kap Eżekuttiv ta' Identità fejn mexxa diversi inizjattivi u kien strumentali f'diversi bidliet importanti.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċett ġdid minn Savina Artisan Centre li jgħaqqad l-arti taċ-ċikkulata mal-esperjenza gastronomika Għawdxija

PR261933

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi nofs miljun ewro f’10 proġetti ta’ playing fields u spazji ta’ rikreazzjoni f’Malta u Għawdex

PR261932

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi n...

Aktar Stqarrijiet Right arrow